Valencia f’kuntatti ma’ Juventus għal Pjaca u Sturaro

MatthewJuve News Leave a Comment

Sid il-klabb ta’ Valencia, Peter Lim Eng Hock, jinsab l-Italja skont IlBianconero.com. Hu mar biex jipprova jbigħ lil Zaza, b’Torino u Milan lesti jilqgħu b’idejhom miftuħa lill-attakkant Taljan. Jirriżulta li attwalment jinsab Turin fejn x’aktarx se jiltaqa’ mad-diriġenza ta’ Juventus. Valencia, fil-fatt, jinsabu interessati li jiksbu lil Sturaro u Pjaca. Marotta lest jisma’ l-offerta ta’ Valencia. Hu qed jittama li …

Zaza: “Tgħallimt ħafna ma’ Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

“Nixtieq inħares lejn Juventus bħala esperjenza sabiħa li għallmitni ħafna. Għamel parti minn tim fejn sal-lum stess għad hem plejers straordinarji u ta’ klassi kbira.” Hekk tkellem Simone Zaza. Hu sostna dan għal min saqsieh jekk iħarisx lejn Juventus b’dispjaċir għax ma rnexxilux juri t-talent kollu tiegħu. Zaza żied anki li l-isbaħ rikordji tiegħu huma meta r-rebħiet tal-iscudetto u tal-Coppa …

Uffiċjali: Valencia se jixtru għal kollox lil Zaza

MatthewJuve News Leave a Comment

Valencia ħabbru b’mod uffiċjali li huma se jixtru għal kollox lil Simone Zaza mingħand Juventus. L-aħbar kienet ikkonfermat anki minn Juventus li ħarġu stqarrija f’dan is-sens. Valencia se jħallsu 16-il miljun Ewro għalih, liema somma tista’ tiżdied b’2 miljuni oħra f’bonuses. Matthew Scerri

Illum Juventus se jdaħħlu 16-il miljun!

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum Simone Zaza se jilgħab kontra Sporting Gijon ma’ Valencia u din hi l-partita numru 10 tiegħu magħhom. Skont il-kuntratt li sar f’Jannar, malli hu jkun lagħab 10 partiti ma’ Valencia, l-Ispanjoli se jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 16-il miljun, flimkien ma’ 2 miljuni oħra f’performance bonuses. Fi kliem ieħor illum Zaza se jħalli darba għal dejjem …

Qrib ħafna li Zaza jsir plejer kollu kemm hu ta’ Valencia

MatthewJuve News Leave a Comment

Tmintax-il miljun Ewro daqt jidħlu fil-kaxxa ta’ Juventus hekk kif Valencia mistennija jixtru għal kollox lil Simone Zaza. L-attakkant Taljan dan l-aħħar reġa’ beda jiskurja u saħansitra skorja ġmiel ta’ gowl kontra Real Madrid. Il-ftehim bejn Juventus u Valencia jgħid li malli jilgħab għaxar partiti ma’ Valencia, l-Ispanjoli jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox għal 18-il miljun Ewro (16-il miljun …

Kritika lil Valencia minħabba Zaza

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-media Spanjol qed tikkritika lil Valencia għall-ftehim li laħqu ma’ Juventus għal Zaza. Skont ‘Fichajes.com’ Valencia se jkollhom l-obbligu li jixtru lil Zaza għal kollox jekk dan jilgħab 10 partiti magħhom. Huma qed isostnu li dan mhuwiex deal tajjeb peress li jaf ikollhom idejhom marbuta fl-eventwalità li r-rendiment ta’ Zaza jibqa’ fjakk. Matthew Scerri

Juventus iħabbru li silfu lil Zaza lil Valencia

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus ħabbru uffiċjalment li Zaza ngħaqad ma’ Valencia. Huma kkonfermaw li mar b’self sa tmiem l-istaġun, liema self kien imħallas 2 miljuni minn Valencia. L-Ispanjoli se jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox jekk jilgħab numru ta’ partiti (ma nafux kemm) għal 16-il miljun flimkien ma’ 2 miljuni oħra f’bonuses. Matthew Scerri

Uffiċjali: Zaza misluf lil Valencia

MatthewJuve News Leave a Comment

Valencia ħabbru li kisbu s-servizzi ta’ Simone Zaza. Hu ngħaqad magħhom b’self sa tmiem l-istaġun, bid-dritt favur Valencia li jixtruh għal kollox fis-sajf jekk jilgħab numru ta’ partiti u fl-istess ħin Valencia jsalvaw. Għada se jkun ippreżentat uffiċjalment fis-1.15 p.m. Matthew Scerri