11-il klabb tas-Serie A jitolbu passi kontra Juventus, Inter u Milan. L-Uefa tagħmel pressjoni wkollby Aleandro Bartolo
Ħdax-il klabb tas-Serie A talbu uffiċjalment li jittieħdu passi fil-konfront ta’ Juventus, Inter u Milan talli waqqfu s-Super League. Il-klabbs li ressqu dit-talba huma: Roma, Torino, Bologna, Genoa, Sampdoria, Sassuolo, Spezia, Benevento, Crotone, Parma u Cagliari.
Intant qed ikun hemm allegazzjonijiet (li għaldaqstant mhumiex ikkonfermati) li l-Uefa qed titlob lill-FIGC li uffiċċjali ta’ Juventus, Milan u Inter ma jkunux iktar qed jiffurmaw parti mill-Kumitat Eżekuttiv tal-istess Federazzjoni. L-iktar wieħed li qed jirriskja bħalissa hu Marotta li hu membru fl-Eżekuttiv u li x’aktarx se jkun qed iċedi postu. Allegatament, l-Uefa mhix lesti tinnegozja xejn issa u fil-futur mal-FIGC jekk fl-istrutturi tagħhom ikun hemm rappreżentanti ta’ Juventus, Inter u Milan.
Matthew Scerri