Rebha Meritataby Pierre Borg
Nahseb li kollha kemm ahna l-istess kelma, fl-ahhar waslet rebha u naqra nifs u weekend tajjeb. Bla dubju rebha meritata mil-bidu sa l-ahhar.
Rebha u wirja li konna ilna nistennew, bla dubju konna ahjar minn Milan ghalkemm bhal kull partita jkun hemm riskji u cansijiet ghal avversarji wkoll izda nistghu nghidu li konna ahjar minn Milan kemm fil-pussess tal-ballun u nghid li anka b’fizicita konna hafna ahjar minn Milan.
Fl-ewwel taqsima xorta nhass dak l-attakant pur ta’ gol-kaxxa ghaliex kull cross li kellna ma’ bdejna prattikament insibu lil hadd filwaqt li anka Milan kellom ic-cansijiet taghhom. Kif kien mistenni n-nuqqas ta’ rizultati dahlet certu biza fil-players taghna izda xorta rajt certu ordni tattika aktar mis-soltu u l-fatt li morna fil-vantagg swiet hafna moralment.
Fit-tieni taqsima ghalkemm tlifna lil Yildiz nistaw nghidu li kemm Mbangula u kemm Weah ghamlu dmirom denjament u filfatt skurjaw iz-zewg gowls li bihom hrigna rebbieha minn din il-loghba mportantissima. Irridu nibqaw saqajna ma’ l-art assolutament u ma’ ninsewx li rridu nsibu kontinwita li dan l-istagun sa issa qatt ma’ kellna. Xi haga pozittiva li rajt, li ghal kontra tas-soltu, malli morna fil-vantagg mhux biss ma’ waqafniex nilghabu izda konna tattikament ordinati hafna u kullhadd ta’ sehemu u ssagrifika ruhu biex wasal it-tieni gowl ta’ Timothy Weah li prattikament ghalaq il-loghba.
Ma’ rridx nghid bhas soltu li nisperaw li minn hawn moralment insibu stabilita ghaliex kellna mumenti hekk li tahseb li se naqilbu l-pagna u ezatt wara tasal xi deluzjoni izda loghba bhal din ma’ nifhem kif qatt tista ma’ ddahalx mentalita gdida u konvinzjoni.
Gejjin partiti mportanti u ma’ naffordjawx nergghu lura jekk irridu naslu fl-ewropa ta’ vera, fejn haqna suppost li nkunu. Ghalhekk nippretendu li naqilbu l-pagna u minn hawn nibdew naraw il-vera Juventus.
FORZA JUVE DEJJEM