LURA FID-DLAMby Pierre Borg
Wara l-ahhar 3 partiti bid-dhul ta Tudor bhala kowc gdid rajna tama gdida li stajna rrangajna hafna affarijiet fit-tim u forsi konna qbadna t-triq li nigu ma’ l-ewwel erba, izda l-partita kontra Parma regghet tefghatna f’dalma kbira.
Din kienet wahda minn dawk il-loghbiet li kellna assolutament nirbhu biex sakemm tasal il-loghba kontra Bologna konna nkunu ahna fir-raba post u bil-Bologna obbligati li jirbhulna bilfors biex jibqaw jittamaw li jidhlu huma fic-champions league ta’ stagun iehor, izda minflok gara bil-kontra u reghet irritornat fija personalment il-biza li mhux talli ma’ nidhlux fl-ewropa ta’ vera talli bil-Lazio, Roma u Fiorentina warajna ezatt ghandi dubju kemm naslu biex nidhlu fl-ewropa tal-fqar!
Fil-loghba kontra Parma rajna l-ewwel taqsima deludenti bhal fil-passat, nuqqas kbir ta’ determinazzjoni, bosta players regaw kienu deludenti u minghajr idejat sakemm is-soltu sfortuna li tkompli tgharraqna qlajna l-gowl qabel tmiem l-ewwel taqsima.
Naturalment fit-tieni taqsima ghafasna biex mqarr niehdu punt mil-partita izda Parma ghalqu tajjeb ferm u bosta saves tajbin tal-gowler taghhom Suzuki u l-faqar taghna fuq quddiem spiccajna biex lanqas hadna bicca punt minn din il-loghba. Sfortunatament l-instabilita u nuqqas ta’ personalita f’dawn il-players kompliet tirrenja tul dan l-istagun kollu.
Issa kif ghidna l-iskuzi tal-kowc spiccaw u r responsabilta hija kollha fuq il-players u l-partita kontra Parma weriet li dan it-tim meta jigi ghal mumenti decisivi ghadu l-boghod milli jkun vincenti.
Ir-realta dik hi, l-affarijiet regaw fid-dlam, difficli tahseb futur pożittiv, difficli tahseb li ser naghmluwa ma’ l-ewwel erba mhux biss ghax hemm min hu ahjar minnha imma hemm min haqqu aktar u dan ser jaghmlilna l-futur aktar difficli ghaliex ikompli jdajjifna ekonomikament. Is-socjeta u tmexxija hazina li ghandna bl-investimenti u decizjonijiet hziena li ittiehdu sarfet f’dawn id-deluzjonijiet!
Izda bhal dejjem u ghal dejjem
FORZA JUVE SA L-AHHAR NIFS