TAQTIJA GHAR-RABA POSTby Pierre Borg
Tkompli t-taqtija ghar-raba post wara l-partita difficli kontra Bologna fejn wara taqsima tajba hafna sofrejna l-gowl ta’ dro minn Bologna fil-bidu tat-tieni taqsima.
Konvint li bi ftit aktar attenzjoni konna niehdu l-massimu minn din il-partita izda kollha kemm ahna nafu l-limiti u d-difetti tat-tim taghna. Kif ghidt fl-ewwel taqsima konna kwazi perfetti hrigna tajjeb hafna agressivi, kompatti, determinati u filfatt meritatament wasal il-gowl tal-vantagg meritat minn Kephran Thuram li b’xutt tajjeb gheleb lil Sorupsky u tefghana fil-vantagg.
Kif kien mistenni fit-tieni taqsima Bologna hargu agressivi u rnexxilom igibu d-dro kmieni biex regaw fethu l-partita. Fit-tieni taqsima soffrejna l-agressivita ta’ Bologna u ftit irreagixejna bil-kontrattakk u nerga nghid dan kollu sforz l-ghazla hazina tas-sajf li ghadda li jkollna biss 2 ponot centrali b’Kolo Muani jigi akkwistat f’Jannar minflok il-fantasma Milik!
Nista nghid li t-tibdil li sar specjalment Douglas luiz u Conceicao ma’ swew assolutament xejn u kontra hafna dawk li qabel il-partita ghamlu plejtu ghaliex il-portugiz thalla bilqeghda jien qbilt 100% ma Tudor li bl-inseriment ta’ Mckennie mela l-midfield u konna aktar koperti. Conceicao l-ghaxar minuti li dahal mhux biss ma’ hax ballun izda ma’ rebahx tackle wiehed u ma’ qassamx ballun wiehed tajjeb! L-istess il-misterjuz braziljan Douglas Luiz.
Ergajna rajna partita irrefjata totalment fuq naha wahda, decizjonijiet kontrina biss, fawls dubjuzi jinghataw dejjem lil avversarji u fawls favurina jithalla l-loghob ghaddej! Imma issa drajna li sahha ta’ xejn bhala socjeta ma’ ghandniex u kulhadd jaf bil-pastazati li qed jigru bhalissa fil-gustizzja sportiva!
Fil-glieda ghar-raba post dahlu bis-sahha Lazio u Roma li meta niftakar il-bahar ta’ drojiet li gejna u l-punti li gharmejna fejn Roma kienu xi 12 il-punt tahtna jaqbadni l-biki, izda issa inutli nibku l-passat. Fadal 3 loghbiet, dik tal-gimgha d-diehla kontra Lazio zgur li hija finali u zgur li fl-olimpico ta’ Ruma mhux ha tkun xi haga facli. Nittamaw f’rebha li ttina mbottatura kbira ghal dan l-imbierek raba post.
FORZA JUVE DEJJEM