PUNT DRAMMATIKU FL-EWROPAby Pierre Borg
Bdejna b’debutt drammatiku fl-ewropa fejn sad-disghin minuta konna 4-2 minn taht u l-partita dehret miftufa. Izda fil-futbol qatt ma tista tghid li ghalaqt loghba u l-unika haga pozittiva minn din il-loghba rega kien il-karattru tat-tim Juventin fejn f’zewg minuti gabar partita u prestazzjoni negattiva.
Mill-bidu Borussia Dortmund hargu agressivi mmens u determinati u jafu xi jridu mil-loghba. Bil-kontra ahna li mill-bidu urejna certa lentezza fil-loghob u nuqqas kbir fil-midfield fejn ghal darb’ohra Koopmeiners li laghab centrali flok Locatelli kellu prestazzjoni ohra hazina b’nuqqas kbir ta’ leadership, koncentrazzjoni u tqassim terribli.
Fid-difiza wkoll konna soft u prattikament players ta’ Dortmund waslu taht il-lasta taghna dejjem, kif u meta riedu. Players li ma ghogbuni xejn bhal Cambiaso li tilef kull konfront difensiv mal-avversarju tieghu u bdew xi azzjonijiet ta’ goals minn fuqu wkoll.
Fit-tieni taqsima ma nbidel xejn u filfatt Dortmund marru fil-vantagg fejn Di Gregorio rega kien incert fil-lasti wara loghba hazina ohra kontra Inter. Prattikament kull xutt gol-lasta sarraf f’goal ghat-tim Germaniz.
Ghal darb’ohra it-tibdil u l-players li hargu mil-pankina ghamlu d-differenza, Locatelli gab trankwillita u sahha, Zhegrova gab kwalita flimkien ma Adzic, u gbarna loghba minn mitlufa ghal dro li tiswa daqs rebha u li tefghet Allianz Stadium f’dilirju ta’ ferh.
Il-partita urietna li ghd fadlilna hafna x’naghmlu ghaliex fl-ewropadejjem kienet u tkun storja ohra u ghalhekk m’ghandniex naraw kbir ghax bdejn tajjeb fil-kampjonat. Ta’ min ukoll ifahhar il-prestazzjoni ta’ Vlahovic li b’dopjetta issigilla loghba tajba ohra personali wara hafna kritika.
Fil-weekend nirritornaw ghal kampjonat. Nisperaw li nirritornaw ghar-rebh biex inkomplu nissudaw b’aktar certezzi u maturita gha dawn it-tip ta’ partiti.
FORZA JUVE DEJJEM