Messaġġ tal-Milied 2025by Juventus Club
Messaġġ tal-Milied mil-President Joseph Fenech
❤️ Għeżież Membri,
Ninsabu fl-aħħar jiem tal-2025 u bħal dejjem f’dawn iz-żminijiet nikteb kelmtejn sabiex filwaqt li nibgħatilkom l-awgurji għal Milied ħieni u sena ġdida mimlija risq u barka, nagħlqu s-sena b’ħarsa lura lejn dak kollu li jkun sar.
Kif jaf kulħadd l-2025 kienet is-sena tal 50 anniversarju tal-klabb. Għalkemm personalment għamilt pressjoni kbira mad-dirigenza gewwa Turin sabiex jonorawna bi presenza u anke xi haga ta din l’okkazzjoni unika, ma sibt l’ebda koperazzjoni jew ghajnuna.
Onestament, personalment meta rajt hekk, iddemoralizajt ruhi imma xorta ma hallejtx dan id-disrispett jaqtali qalbi, u ma stajtx nħalli lilkom il-membri mingħajr festa kif jixraq lil dan il-klabb glorjuz u li tant nhobb u lilkom il-membri. Fi zmien qasir hdimt bla waqfien sabiex kif tafu gibt fostna 4 ex players u għamilna ċelebrazzjoni kif jixraq.
Min hawn nixtieq nirringrazzja lill-membri tal-Kumitat talli emmnu fija u kienu ta spalla sabiex din ic-celebrazzjoni kienet ta’success.
Żammejna kuntatti mill-aqwa ma’ Turin, komplejna naqdu lilkom il-membri b’biljietti tal-partiti tal-Juventus at face value, u dan kollu isir bis-saħħa tas-segretarjat li ikunu hemm sabiex jaqdukom.
Minn qalbi nirringrazzja lilkom il-membri kollha talli bqajtu leali lejn il-klabb. Grazzi mill-qalb lil membri godda. Grazzi anki lil dawk il-membri li reġgħu għażlu li jidħlu fil-familja tal-Club tagħna.
Grazzi ukoll lil Barman, Robert u il-familja tieghu li dejjem hadu ħsieb il-membri u hadmu id f’id miegħi.
Nagħlaq bħal dejjem billi min qalbi nirringrazzja li-iSponsors li kieku mhux ghalihom, club bhal dan ma jistax jinzamm.
Niringrazzja wkoll lil sidien il-kera li dejjem kienu komprensibli lejna biex b’hekk ahna stajna nzommu u nkabbru dan il-palazz. Nispera li r-rispett reciproku jibqa hemm fil-futur u nkomplu nahdmu id f’id bhal ma ghamilna s’issa.
Ilni 24 sena bla waqfien inservi fil-kumitat. Taht il-Presidenza twila tiegħi kburi nghid li kellna hafna suċċessi, gibna ħafna players u sar investiment ta-tisbiħ gewwa il-klabb. U meta zmien tiegħi jasal fit-tmiem nista nghid li nħossni kburi li kont parti fundamentali minn l-istorja ta dan il-klabb tant glorjuz.
Grazzi u min qalbi nawguralkom il-Festi t-Tajba! 🎄🥂
Joseph Fenech
President
Juventus Club Vero Amore (Malta 1975)

