AKTAR KONTINWITAby Pierre Borg
Rebha ohra mportanti t-tielet wahda konsekuttiva u nitilghu targa ohra fil-klassifika.
Ghalkemm ma’ kinitx prestazzjoni brillanti daqs dawk kontra Bologna u Roma, kulhadd jaf timijiet zghar bhal Pisa kif jinghalqu kollha wara u ma’ jkunx facli li tiskurjalom. Fl-ewwel taqsima ghalkemm kellna hafna mill-pussess tal-ballun xorta ma’ konniex xi perikoluzi u n-nuqqas ta’ Conceicao nhass mhux ftit specjalment il-heffa tieghu li tiftah id-difizi avversarji. Bil-kontra, fl-ahhar mumenti ta’ l-ewwel taqsima kienu Pisa li marru vicin li jifthu l-iskor fejn laqtu l-lasta.
Fit-tieni taqsima Pisa regaw hargu agressivi u ghat-tieni darba fil-partita regaw laqtu l-lasta, nahseb li kien l-ghar mument tal-partita ghal Juventus. Spalletti dahhal din id-darba aktar kmieni lil Zhegrova biex b’hekk gibna aktar heffa li ma’ kellniex tul il-partita sa dak il-hin ghalkemm il-player jidher li ghadu ftit lura fizikament u kif qal Spalletti ftit jiem ilu, ftit ghandu mentalita u kapacita li jghin anka fid-difiza meta jkun necessarju.
Izda bl-insistenza u aktar heffa mal-linja morna fil-vantagg fejn zblokkajna loghba li deheret li se tkun difficli li minnha niehdu tlett punti u dan huwa sinjal iehor pozittiv ghaliex qabel dawn it-tip ta’ partiti konna nizolqu u lanqas niehdu punt.
Ghalkemm Pisa baqaw fil-loghba xorta bqajna nipressaw u nattakaw kemm stajna sakemm wasal it-tieni gowl ta’ Yildiz li ghalaq il-partita ghalkemm il-linesman kien pront xejjer offside inezistenti. Kienet il-VAR li ghamlet il-gowl validu biex hadna tlett punti ohra ghal moral ghal kontinwita u ghal klassifika.
Xtaqt naghlaq billi nawgura lil Membri ta’ dan il-klabb il-festi t-tajba flimkien mal-president u kumitat li nirringrazjhom tax-xoghol siewi li jaghmlu ghalina l-membri. Minn qalbi Awguri u grazzi.
FORZA JUVE DEJJEM

