BDIET IT-TRIQ TAN-NIZLAby Pierre Borg
Kif ktibt wara l-umiljazzjoni kontra Galatasaray li din x’aktarx kienet il-bidu tad-dlam ghal dan l-istagun. Umiljazzjoni u lezzjoni ta’ futbol ohra din id-darba kienu Como li ghamlu 90 minuta jduru bina tant li ser ikolli nibla l-panadols!
Como kienu ilom ma’ jirbhu go Turin 75 sena u dan juri f’liema sitwazzjoni ninsabu fiha. Konna nafu li Como huwa tim zghazugh kompatt, determinat jilghab total futbol u m’ghandomx il-pressjoni ta’ klabbs kbar, izda din kienet partita ohra li wrietna f’liema sitwazzjoni gabuna decizjonijiet hziena minn dirigenza wara l-ohra dawn l-ahhar snin.
Illum ninsabu rappreżentati minn players bla personalita, mhux denji li jilbsu dan il-flok glorjuz, players li m’ghandomx l-icken sens ta’ appartenenza lejn dawn il-kuluri u fuq kollox lejn is-sapporters.
Tant ahna fqar li wara loghba kbira misruqa l-gimgha l-ohra flok il-players taghna urew konvinzjoni fihom infusom u rabja sportiva waqajna moralment taht l-art. Jidher li l-effett Spalletti spicca wkoll ghaliex ergajna koppi bhal bidu ta’ l-istagun b’konfuzjoni totali.
Dan it-tim m’ghandux leader wiehed fil-pitch, ma’ hemmx player li jiehu t-tim f’idejh u jitraxxina lil ohrajn u ssemmulix lil Yildiz li bil-kwalitajiet tieghu xorta mhux dak il-player.
Hafna jghidu li dan it-tim kull ma’ ghandu bzonn ftit irtokki ta’ kwalita, ma’ naqbilx assolutament. Dan it-tim ghandu bzonn jinqala ta’ taht fuq ibda mil-gowler li jekk inhallu lasta vojta nahseb li mmorru ahjar ukoll.
Inutli nibqa nirrepeti x’nixtieq personalment ghaliex ghidt kemm il-darba li b’din il-propjeta u b’dawn id-dirigenti il-Juventus saret klabb ta’ tielet klassi. Nerga nghid probabli dawn huwa l-bidu ghax fadal aktar x’ninzlu l-isfel fil-klassifika.
Issa ergajna kullhadd jirredikolana, kullhadd jigi f’darna jattakana, jippressana u jumiljana f’darna. Dan kollu ghaliex mimlijin bil-medjokrita bhal Koopmeiners, Cabal, Miretti, Openda, David u b’ohrajn kif jghidu t-taljani tanto fumo niente arrosto bhal Conceicao li daqqa jghum il-bahar kollu u jeghreq fl-ahhar u daqqa tahsbu xi round about ta’ Malta jdur bil-ballun fl-istess post!
O mulej fhiex gabuna, itlob ghalina u fittex wassalna sa tmiem dan il-kampjonat.
FORZA JUVE DEJJEM

