SINJAL POZITTIVby Pierre Borg
It-rebha kontra Atalanta f’Bergamo f’mument krucjali ta’ dan il-kampjonat huwa sinjal tajjeb hafna u wera li l-iskwadra Juventina temmen li nistghu naslu biex nergaw inkunu prezenti fl-ewropa ta’ vera.
Biex nghidu kollox kontra Atalanta ma’ konniex tajjeb daqs is-soltu specjalment fl-ewwel taqsima fejn kif kien mistenni Atalanta ghafsu mhux ftit, izda bhalissa mhux il-loghob sabih jghodd imma li tkun konkret u tiehu kull okkazjoni li tigik biex tiehu tlett punti u hekk gara. U nghiduwa kif inhi about time li l-fortuna tidhqilna ftit.
Fit-tieni taqsima morna fil-vantagg kmieni minn Boga li jidher dahal kompletament fis-sistema u dejjem qieghed ikun determinanti loghba wara ohra. Tajjeb nghidu li l-azzjoni tal-gowl giet minn azzjoni nsistita ta Holm li rritorna wara l-injury u kellu partita pjuttost tajba.
Izda aktar milli fuq il-partita xtaqt nikkumenta ukoll fuq avvenimenti li sehhew tul il-gimgha fejn il-kowc Luciano Spalletti gedded ufficjalment il-kuntratt tieghu kif kien mistenni u fl-opinjoni tieghi dan ta’ sinjal ta’ stabilita lil ambient kollu Juventin li tant kellu bzonn.
Spalletti zgur li gab mieghu esperjenza u motivazzjoni li konna neqsin immens minnhom, konvint li kieku ngib aktar kmieni qeghdin hafna aktar il-quddiem fil-klassifika.
Nahsbu ghal loghba li jmiss f’darna kontra Bologna, partita ohra krucjali u xejn facli izda mportantissima ukoll li minnha niehdu l-massimu ghaliex warajja jkun imissna f’San Siro kontra Milan u hemmhekk tkun finali ohra.
Izda bhal dejjem
FORZA JUVE SA LAHHAR NIFS.

