Sassuolo mhux ippreparati biex jiftħu l-Mapei Stadium għan-niesby zeronlg
Ħarġu iktar dettalji dwar il-permess mogħti mill-awtoritajiet tar-reġjun tal-Emilia Romagna biex 1000 supporters jitħalla jidħol fl-istadiums. L-awtoritajiet talbu lill-klabbs konċernati biex jipprovdu dokument bil-protokoll li se jintuża. Sassuolo, imma, għarrfu lill-awtoritajiet li huma ma jinsabux lesti biex f’temp tant qasir jipprovdu dan id-dokument. Il-paradoss hu li Juventus ilhom ġimgħat li ħejjew il-protokoll u għaddewh lill-awtoritajiet imma qatt ma ngħataw il-permessi meħtieġa. Klabbs oħra, mill-banda l-oħra, ma ħadmux biex jiftħu l-istadium imma spiċċaw kisbu l-permessi li lanqas biss talbu.
Matthew Scerri