Spezia-Juventus 1-4by Aleandro Bartolo
Juventus lura għar-rebħ u tliet punti oħra miksuba fil-kampjonat. M’hemmx dubju li, minħabba t-tip ta’ avversarju, konna qed nistennew wirja ferm aħjar mit-tim ta’ Pirlo. Il-Bianconeri għandhom konvalexxenti fis-sens li għadhom fil-proċess li jsolvu l-problemi li hemm fit-tim. Madankollu dir-rebħa kienet fondamentali għal żewġ raġunijiet: (i) ma ninqatgħux iżżejjed mil-leaders Milan; u (ii) se sservi għall-moral tal-plejers li se jkunu jistgħu jaħdmu b’moħħ iktar trankwill fil-jiem li ġejjin. Pirlo u l-istaff tiegħu għad fadlilhom ħafna x’jaqfdu biex isibu tarf dat-tim. L-attakk hu l-unika ħaġa li verament qed tifunzjona, għajr Dybala li għadu dieħel minn injury twil u allura jeħtieġ iż-żmien biex ikun fl-aqwa tiegħu. Id-difiża għadha miftuħa wisq u qed tbati kontra kulħadd. Nofs il-grawnd, imbagħad, irid ikun ferm aħjar minn dak li kien s’issa. Żgur li hemm iktar kwalità fin-nofs mis-sena li għaddiet, biss s’issa l-midfield mhux jiffunzjona kif għandu jkun.
SPEZIA-JUVENTUS 1-4
Skurjaw: Morata (J), Pogeba (S), 2 Ronaldo (1 pen.) (J), Rabiot (J)
Spezia (4-3-3): Provedel; Ferrer, Terzi (Ismajli), Chabot (Dell’Orco), S. Bastoni; Bartolomei, Ricci, Pobega (Estevez); Verde (Agudelo), Nzola, Farias (Gyasi). Kowċ: Italiano.
Juventus (4-4-2): Buffon; Cuadrado, Demiral, Bonucci (Frabotta), Danilo; Chiesa, Arthur, Bentancur (Rabiot) McKennie (Ramsey); Dybala (Ronaldo), Morata (Kulusevski). Kowċ: Pirlo.
Referee: Abisso
Karti sofor: Chabot (S), Rabiot (J), Bartolomei (S), Estevez (S).
Matthew Scerri