Genoa-Juventus 1-3by Aleandro Bartolo
Ir-riżultat ta’ Genoa-Juventus hu tassew qarrieq. Il-partita kienet ikkontrollata mill-ewwel sal-aħħar minuta minn Juventus u prattikament intlagħbet kollha f’nofs il-grawnd ta’ Genoa. It-tim ta’ Maran beda jiddefendi bit-tim kollu fil-kaxxa u allura Juventus sabuha diffiċli joħolqu okkażjonijiet ċari ta’ gowl. Fit-Tieni Taqsima Dybala fetaħ l-iskor b’azzjoni personali tassew sabiħa li fakkritna fid-Dybala tal-istaġun li għadda. Ftit wara, imma, bl-aktar mod inkredibbli Genoa kisbu d-draw bl-ewwel azzjoni tal-partita tagħhom f’siegħa logħob. Juventus komplew jippressaw u finalment Cuadrado rebaħ penalty li Ronaldo skurja. Lejn tmiem il-partita, imbagħad Perin waqqa’ lil Morata u Ronaldo reġa’ skurja l-penalty. Tliet punti mistħoqqha. Ħasra imma li Juventus kellhom jitħabtu daqshekk biex jegħlbu lil Genoa. It-tim lagħab tajjeb, biss f’partiti bħal dawn ir-ritmu għandu jkun ferm iktar fast sabiex tpoġġi lill-avversarji f’iktar diffikultà.
GENOA-JUVENTUS 1-3
Skurjaw: Dybala (J), Sturaro (G), Ronaldo (pen.) (J)
Genoa (4-4-2): Perin; Masiello, Goldaniga, Bani, Pellegrini; Lerager, Radovanovic (Caso), Rovella (Pandev), Sturaro (Behrami); Pjaca (Shomurodov), Scamacca (Destro). Kowċ: Maran.
Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt (Dragusin), Bonucci, Alex Sandro; McKennie, Bentancur, Rabiot (Morata), Chiesa (Bernardeschi); Dybala (Kulusevski), Cristiano Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
Referee: Di Bello.
Karti sofor: Rabiot (J), Goldaniga (G), Bentancur (J), McKennie (J), Perin (G), Bani (G).
Matthew Scerri