Agnelli jirriżenja minn President tal-ECA u mill-Eżekuttiv tal-Uefaby Aleandro Bartolo
Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Ansa, Andrea Agnelli rriżenja minn President tal-European Clubs Association (ECA) kif ukoll ċeda postu fl-Eżekuttiv tal-UEFA. Tard ilbieraħ filgħaxija l-ECA ħarġet stqarrija li hi se tkun qed taħdem id f’id mal-UEFA għar-riforma taċ-Champions League. Fi kliem ieħor il-pożizzjoni tal-ECA hi totalment kontra dak li Andrea Agnelli u l-klabbs il-kbar tal-Ewropa qed jaħdmu fuqu.
Matthew Scerri