Illejla bidu ġdid…by zeronlg
Fid-dinja tal-futbol bidu ġdid jaf ifisser bidla għall-ahjar jew għal-għar. F’kollox hekk fil-verita. Illejla għal darb’oħra se nkunu qed nissapportjaw lit-tim ta qalbna f’wieħed mill-għar grawnds f’termini ta atmosfera u passjoni – Stadio Diego Armando Maradona ġewwa Napli. Fi kliem Cherubini nnifsu, illejla jerġa jibda proġett ġdid; bi plejers bħal Kaio Jorge, Chiesa, Dybala u Locatelli li huma l-futur ta Juventus. Bla dubju li hemm plejers ohra żagħżagħ li se jkunu l-qofol tat-tim moving forward bħal De Ligt u dawn se jkun qed jinbena tim madwarhom.
Taħlieta ta talent
Il-plejers li semmejna hawn fuq huma żagħżagħ u l-futur tal-Juventus. Pero dis-sena se jkun hemm taħlieta ta esperjenza u żogħżija grintuża. Benjamini bħal ma huma Bonucci u Chiellini żgur li se jkunu qegħdin jgħinu iżjed minn qatt qabel lil sħabhom kollegi żagħżagħ. Dan mhux biss minħabba l-fatt li dan huwa xogħolhom bħala leaders fid-dressing room iżda wkoll minħabba l-fatt tat-tluq tal-ikbar stilla tal-futbol minn magħna. Iż-żewg Taljani issa għandhom ir-ridni f’idejhom u għalhekk iridu jkunu huma li juri passjoni liema bħala fil-grawnd biex jimbuttaw it-tim l’quddiem.
Madanakollu, dan ma jfissirx li m’hemmx elementi fit-tim fejn id-diriġenza setgħet ħadmet aħjar biex tipprova ssibilhom klabb ġdid. Plejers bħal Ramsey (injury prone), Bernardeschi (qatt ma wera xejn), Sandro (naqqas ħafna) u De Sciglio (wisq inkosistenti) imisshom ilhom li ħallew il-klabb. Pero issa li hemm hemm u dan huwa argument għal artiklu ieħor. Nisperaw biss li jkollhom l-aqwa staġun ta ħajjithom għax żgur mhux forsi se jkollna bżonn lil kulħadd din is-sena u l-fatt li qegħdin hemm jieħdu paga enormi, might as well jintużaw u jagħtu l-aħjar tagħhom.
Il-kowċ
Nemmen li Allegri se jkollu l-ikbar challenge tal-karriera tiegħu bħala kowċ. Fl-ewwel stint tiegħu magħna sab tim drilljat tajjeb ħafna bi plejers ta kwalita enormi fin-nofs u b’żewg plejers ta esperjenza kbira quddiem. Did-darba huwa kompletament l-oppost ix-xenarju li jsib ruħu fih. Għandna midfield b’talent tajjeb pero naħseb li huwa ftit żbilanċjat b’punt wieħed biss ta referenza (Locatelli) li għadu kemm issieħeb magħna. Fuq quddiem hemm Dybala u Morata li Allegri ġa jaf sew pero li s’issa ma wrewx il-potenzjal kollhu tagħhom. Għalhekk, il-kowċ irid soluzzjoni ġdida għal din il-verżjoni ta Juventus.
B’telfa home fl-aħħar logħba nemmen li Allegri se jkun qed itanbar f’widnejn il-plejers biex iqumu għal-okkażjoni. Bħal ma naħseb ga esprimejt qabel, nemmen li bit-taħlieta ta plejers li hemm, esperjenza u żogħżija għandna fejn nieħdu pjaċir dan l-istaġun. Ma naħsbux li llejla se tkun proposta faċli pero. Napoli away dejjem logħba iebsa speċjalment meta jkollok kontinġent sħiħ ta plejers mhux magħżula. Jekk illejla r-riżultat ma jkunx dak li nixtiequ, mhux se tkun waqgħet id-dinja. Niftakru ħames snin ilu fejn wara għaxar rawnds konna qiegħdin it-tnax il-post! U lkoll nafu x’ġara hemm.
Illum iktar minn qatt qabel hemm bżonn li nkunu wara t-tim, jilgħab min jilgħab. Oppinjoni kulħadd għandu u se jkollu wara t-tisfira finali. U sewwa jagħmel kull sapporter jesprimi/tesprimi l-oppinjoni. Pero tgħajjir u kliem ħażin fil-konfront ta xulxin u tat-tim jew diriġenza ma jwassal mkien. Insewgu, niddiskutu, nifirħu, nirrabjaw u niddibattu iva għax wara kollox rridu t-tim jimxi l’quddiem. Narawkom il-klabb illejla! U wara logħba semma leħnek! Ikun xi jkun ir-riżultat; għidilna x’taħseb!
NARAWKOM! FINO ALLA FINE!