TRAKOLL TOTALIby Pierre Borg
Is-soltu nhalli ftit sakemm nikteb wara telfa u issa drajt nikteb wara t-telf.
Ftit sieghat ilu assistejna ghal wahda mill-ghar loghbiet fl-istorja tal-Juventus. Sorpriz? Le, assolutament. L-affarijiet jidhru cari u kif fl-opinjoni tieghi.
Il-lejla stenbah Andrea Agnelli wara hafna silenzju! U ahjar kompla joqghod fis-silenzju. Stennejt li ha jghid li qal? Iva u kif. L-affarijiet jidhru cari, il-president m’huwiex ha jkecci l-kowc li ghazel hu b’responsabbilta allura iva ser ihallih hemm. Issa l-affarijiet nerga nghid huma cari, players bdejt nemmen li vera ma’ jridux l-kowc apparti li hafna mil-players huma mwasslin u skaduti aktar minn pakkett halib ilu fil-fridge u ohrajn li jekk immorru ahna nirbhulom ukoll.
Mela issa l-qasma tidher cara, kowc u president kontra players u parti mid-dirigenza. Ghiduli kif qatt tista f’sena u nofs ma’ taghtix bicca sistema u kellek skuza ta’ l-ewwel sena issa ghazilt il-players int u suppost adatti ghal-loghba tieghek u qed tfalli bil-kbir. Kif irid ikollok il-wicc li tara evidenti li l-players mhux jasal il-messagg tieghek jew ma’ jridux jaccettawh u tibqa fi tmun?
Tghiduli mhux hekk? U jitlef is-salarju! Jien nwiegeb mhux hekk? Jaf ma’ jkollux biex jiehu te ghada! Imma l-irgulija fid dinja spiccat.
Biex nkun car, il-hazin m’huwiex Allegri biss! L-istruttura ikollasat minn fuq, ghazliet hziena, dirigenti li ghamlu zbalji enormi, nies impjegati mhux tal-football, tmexxijja bhala azjenda u mhux ta’ club tal-football, propjetarji li l-Juventus qeghda fuq zaqqom u ma’ tispicca qatt. Jista jkollok il-hotels u stadium u training grounds li trid imma club u team trid tkun taf tibnih u tikkrejah.
Bil-players fl-ahhar tal-karriera, bil-mudelli, u bl-amerikani ma’ taghmilx tim. Ghalhekk ma’ nippuntawx subajna lejn persuna wahda ghax facli wisq.
Ir-realta dik hi. Baqa l-isem u l-istorja, il-bqija grazzi hafna mil-qalb imma ibqaw hobbu lil Juventus sa l-ahhar u warrbu u hallu lil xi hadd li vera jrid jinvesti u jgholli lil dan il-club storiku fejn haqqu mhux fil-konfini biss imma mal-kbar fl ewropa.
Il-Juve? Nhobbuk dejjem sa l-ahhar.