Aktar Nifsby Pierre Borg
Il-loghba kontra Empoli tatna aktar nifs mhux biss biex tiddahhal aktar konvinzjoni f’mohh il-players taghna izda aktar biex dejjem inzidu fil-punti u kemm jista jkun nibqaw ma’ ta’ fuq sal-waqfa f’Novembru.
Bla dubju li t-tim ghamel progress notevoli kemm fizikament u naturalment anka fit-tip ta’ loghob li qed naraw; aktar velocita, aktar determinazjoni u aktar pressing. Ghalkemm fl-ewwel taqsima apparti nota pozittiva li l-ewwel gowl gie kmieni wara biss 8 minuti u ma’ timijiet zghar huwa importanti li tiskurja kmieni biex tiftah id-difiza, xorta naqqasna u Empoli kellom hafna mill-pusses tal-ballun.
Fit-tieni taqsima konna hafna u hafna ahjar fejn ma’ rajniex dik is-soltu biza u nista nghid li sfruttajna kull okkazjoni li giet. Naturalment kif ktibt fil-passat irridu nkunu kawti u ma’ nahsbux li issa ghadda kollox ghaliex ghaddejna wisq minn mumenti li hsibna li bdejna gejjin u nergaw niehdu daqqa lura. Izda li qed jaghmilli kuragg huwa li qed nara certu players li tant iddizappuntaw fil-bidu ta’ l-istagun u tant kritikajt li donnom gejjin f’taghhom, bhal ezempju Rabiot li fl-opinjoni tieghi huwa player trasformat u letteralment ha r-riegni tal-midfield f’idejh u anka qed ikun letali u jsib ix-xibka ta’ spiss. L-istess McKennie li bid-difetti kollha tieghu ukoll qed narah aktar determinanti u decisiv. Jibqa l-fatt li xorta ma’ narahx player ta’ Juventus.
Interessanti rajna ukoll fl-ahhar minuti l-inkluzjoni taz-zghazugh Iling Junior, skola Chelsea li jidher player jipprometti hafna ghal futur, il-mistoqsijja hija kemm Allegri ser ikollu kuragg jinkludih f’mumenti decisivi biex naraw il-veru potenzjal.
Xtaqt naqsam ukoll bhas soltu x’innutajt u nara tahsbux bhali. Fil-passat tkellimt hafna fuq is-socjeta u s-silenzju ta’ Andrea Agnelli. Jekk innutajtu minn mindu tkellem wara t-telfa mal-Maccabi donnom l-affarijiet bdew jinbidlu u ghalhekk importanti li s-socjeta turi l-presenza taghha f’kull naha specjalment fil-media aktar u aktar wara dak li gara kontra Salernitana u l-porkerija u favuritizmi li qed naraw sal-bierah stess lit-timijiet ta’ Milan!
Nhar it-tlieta tasal loghba mportantissima fl-ewropa kontra Benfica fejn naturalment irridu nkunu realistici u nghidu li tlifna wisq punti biex nghaddu minn dan il-grupp diment li ma’ jsirx xi miraklu! Izda xorta nippretendi wirja tajba u soda b’rizultat pozittiv ghaliex li nkomplu naqaw fir-redikolu f’dan il-grupp m’hix denju ta’ Juventus. Sfortunatament wasal injury iehor dak ta’ Paredes li zgur kellna bzonnu ghal din il-partita tant importanti izda issa drajna f’dawn il-kwantitajiet ta’ injuries fit-tim u wiehed jaghmel domandi serji fuqom bir-ragun.
Nisperaw li jkollna aktar rizultati pozittivi tul din il-gimgha biex inharsu l’quddiem u bir-ritorn ta’ players bhal Pogba u Chiesa nkomplu nissudaw.
FORZA JUVE DEJJEM