Kif wasalna s’hawnby Matthew Scerri
Tajjeb nagħtu t-twila lejn it-timeline ta’ kif seħħew l-affarijiet li wasslu għal din il-kawża kontra Juventus u uffiċċjali tagħha.
Mejju 2021 Il-Procura ta’ Turin fetħet inkjesta bl-isem ta’ Prisma biex tistabbilixi sarux irregolaritajiet finanzjarji. Kollox beda mill-famuzi plusvalenze u mbagħad l-inkjesta twessgħet għall-pagi tal-plejers fi żmien l-ewwel Covid.
Lulju 2021 Il-CONSOB (ir-regolatur għall-kumpaniji kwotati fil-Borża) beda jagħmel xi kontrolli min-naħa tiegħu fuq dak li Juventus iddikjaraw fir-rapporti finanzjarji tagħhom ghas-snin 2019-2021.
Mejju 2022 Juventus u diversi klabbs oħra ġew meħlusa minn kull akkuża mill-giustizia sportiva b’rabta mal-plusvalenze. Is-sentenza hi waħda definittiva għax għaddiet anki mill-Appell. Il-klabbs mhumiex ħatja għax ħadd ma jista’ jistabilixxi b’mod oġġettiv il-valur ta’ plejer. Dan hu kapitlu magħluq għall-giustizia sportiva.
24 ta’ Ottubru 2022 Intemmet l-inkjesta Prisma u tressqu d-dokumenti kollha quddiem Imħallef u ta l-go-ahead biex il-Proca tkun tista’ tiftaħ kawża kontra uffiċċjali ta’ Juventus u kontra l-klabb stess.
28 ta’ Novembru 2022 Irriżenja l-Bord tad-Diretturi ta’ Juventus. Fil-jiem ta’ wara l-Procutatote Federale tal-FIGC talab lill-Procura ta’ Turin l-atti l-ġodda tal-inkjesta Prisma biex jara hemmx lok għal passi dixxiplinari. L-Uefa wkoll fetħet inkjesta.
1 ta’ Diċembru 2022 Juventus u tnax il-uffiċċjal tal-klabb/Diretturi/Awdituri ġew mgħarrfa li nfetħet kawża kontrihom. L-Imħallef għandu ħamest ijiem biex jiddeċiedi jekk hemmx il-bażijiet biex tinfetaħ inkjesta u eventwalment jiskeda d-dati tas-smigħ tal-fażi dibattimentali tal-kawża. Intant Juventus għamlu l-adjustments mitluba lilhom fir-rapporti finanzjarji tas-snin 2019—2021 biex ikunu konformi mat-talbiet tal-CONSOB u bi tweġiba għal dak li ħareġ mill-inkjesta tal-Procura. Juventus qed isostnu li anki wara li saru l-adjustments id-deficit tal-klabb baqa’ l-istess. Inbidel biss l-accounting method kif il-ħruġ ġie ddikjara fir-rapport.
Matthew Scerri