Il-kawża tal-plusvalenze se terġa’ tinstema’ quddiem il-giustizia sportivaby Matthew Scerri
Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Ansa, il-Procura Federale tal-FIGC talbet li tinfetaħ mill-ġdid il-kawża tal-plusvalenze quddiem il-giustizia sportiva. F’Mejju li għadda Juventus, Napoli u għaxar timijiet oħra kienu nħelsu minn kull akkuża wara li nstema’ l-appell. Il-Procura Federale qed tqis li hemm biżżejjed materjal ġdid fl-atti tal-inkjesta Prisma sabiex il-kawża terġa’ tinstema’.
Matthew Scerri