Mil bidu sa nofs is-snin tmenin – Iswed u Abjad (it-tielet parti)by Aleandro Bartolo
- ikompli mit tieni parti
Kien jeżisti klabb Juventin jehor?
Kurzită interessanti li toħroġ mill-minuti tal-laqgħat tal-Kumitat hi li fl-1975 kien deher avviż f’gażżetta lokali li bih saret sejħa lill-partitarji Juventini biex jingħaqdu fil-Club Tifosi Juventini (Malta). Effettivament ħames snin wara, minn stħarrig li sar mic-Centro Coordinamento Juventus Club irriżulta li f’Malta kien hawn żewġ klabbs Juventini.
Ippruvajna nitkixxfu aktar dwar dan il-klabb, iżda irridu ngħidu li ma sibna ebda tagħrif. Jidher iżda li l-Club Tifosi Juventini (Malta) qatt ma kien stabbilit uffiċjalment. Ma teżisti ebda prova dokumentata li qatt kien hawn klabb ieħor li kien ilaqqa’ lill-partitarji Juventini f’xi sede partikolari. X’aktarx li dan il-klabb kien biss inizjattiva privata li qatt ma nfetħet għall-pubbliku in ġenerali.Iż-żjara ta’ Beppe Furino
Sa mill-ewwel mumenti tal-ħajja tal-klabb il-membri kienu dejjem jitolbu lill-Kumitat li jaqtgħu x-xewqa tagħhom li jiltaqgħu f’pajjiżna mal-persunaggi I-kbar tal-istorja Bianconera. Din il-ħolma saret realtà f’Lulju tal-1980, eżattament fis-sena li matulha kien qed jiġi ċelebrat il-ħames anniversarju mit-twaqqif tal-klabb. Dakinhar, fuq stedina tal-Kumitat, kien gie Malta I-captain ta’ Juventus, Beppe Furino. Fil-memorja ta’ dawk kollha li għexuha, dik tibqa’ okkażjoni kbira u li ma tintesa qatt, l-aktar għaliex Furino kien personalită mill-aktar importanti għall-partitarji ta’ Juventus.
Furino kien l-ewwel persunaġġ Juventin li aċċetta l-istedina tal-Kumitat u kemm dam fostna kien milqugh bil-kbir, tant baqa’ impressjonat bil-laqgħa li kellu f’Malta, u lura f’Turin kellu kliem ta’ tifħir għall-organizzazzjoni kbira tal-Juventus Club (Malta).
Ferm impressjonanti u organizzata b’mod eccellenti kienet I-ikla ad unur Beppe Furino li saret f’wahda mil-lukandi ewlenin ta’ pajjiżna nhar il-5 ta’ Lulju u li fiha I-captain Juventin, wara li rringrazzja lil kulħadd għall-ospitalita kbira murija lejh u lejn il-familja tiegħu fil-ftit jiem fostna, irregala flokk Iswed u Abjad lill-President Tony Dimech.
Biz-żjara ta’ Furino jingħalqu l-ewwel hames snin tal-klabb. Snin li raw lill-klabb jikber b’mod impressjonanti minkejja d-diffikultajiet ta’ dawk iż-żminijiet. Kien jidher car li l-klabb il-ġdid kien inbena fuq bażi aktar soda minn dik tas-Snin Sittin u li kien se jkollu ħajja twila u glorjuża b’kisbiet importanti kemm fix-xena lokali, kif ukoll fir-relazzjonijiet ma’ barra minn Malta.
Kapitlu 2
Is-Snin Tmenin
Il-wirjiet kbar u s-snin tar-rebħ tal-era Trapattoni ġabu magħhom entuzjażmu enormi fost il-partitarji Juventini f’Malta u Għawdex, li bdew jikbru sew fl-għadd u jerqsu aktar bi ħġarhom lejn il-Juventus Club (Malta). Il-passjoni kibret sew hekk kif Juventus kienu qed jiddominaw fl-Italja u fl-Ewropa, b’diversi plejers Bianconeri jirbhu t-Tazza tad-Dinja mal-Italja fl-1982. Kienu s-snin li fihom kiber sew l-interess fl-ivjaġġar marbut mal-partiti tal-futbol. Fl-istess ħin l-avvanzi fil-mezzi tal-komunikazzjoni għamluha aktar faċli biex il- Maltin u l-Għawdxin setgħu jsegwu aktar mill-qrib lit-tim tal- qalb tagħhom.
Sede għall-klabb
Iż-żjieda sostanzjali fl-għadd tal-membri, kif ukoll il-ħafna attivitajiet organizzati regolarment għall-membri, wasslu biex kulma jmur beda jinħass dejjem aktar in-nuqqas ta’ sede uffiċjali.
Bosta kienu d-diffikultajiet li Itaqa’ magħhom il-Kumitat fin nuqqas ta’ sede u kellu dejjem jiddependi mill-ġenerożitá u I-ġentilezza ta’ ħaddiehor. Ta’ min isemmi li darba minnhom f’nofs Awwissu kellha ssir laqgħa tal-Kumitat fil-kamra ta’ fuq il-bejt tal-Każin La Valetta fost sħana tremenda fis-6 ta filgħaxija u ftit wara li bdiet il-laqgħa din kellha tithassar minħabba li kellu jsir kunċert fil-każin stess. Naturalment il-laqgħa tkompliet xorta waħda, iżda f’ħanut fi Strada Rjali (illum Triq ir-Repubblika)..
Fid-dawl ta’ episodji bħal dan, u b’quddiem għajnejna l-ħafna attivitajiet ta’ interess li għalihom kien hemm parteċipazzjoni qawwija mill-membri, faċli li wieħed jifhem li ma kienx aktar possibbli li l-klabb tagħna ma jkollux kwartieri tiegħu.
Għall-Kumitat dan kien l-għan ewlieni u l-objettiv principali li beda jaħdem għalih ferm biex jintlaħaq. Bosta kienu I-indikazzjonijiet ta’ xi post vojt fil-Belt li seta’ jservi ta’ sede għall-klabb tagħna. Il-membru Robbie Caruana hadem qatigħ biex iżur il-postijiet vojta fil-Belt bl-għan li jara kenux adatti biex iservu ta’ kwartieri għall-klabb.
II-ħolma saret realtà fl-1982. Kien Manwel Scerri, li issa kien laħaq President, li ħabbar lill-Kumitat li nstab post fi Triq Zakkarija, fiċ-ċentru tal-belt kapitali tagħna, Valletta, f’dik li qabel kienet skola primarja.
Minnufih saru l-arrangamenti meħtieġa u laqgħat mas-sidien tal-post, is-Sinjuri Zerafa, dwar il-kera u l-kundizzjonijiet tal-kirja u ntlaħaq ftehem mingħajr diffikultajiet. Il-kuntratt kien iffirmat fis-26 ta’ Jannar 1982 għas-sodisfazzjon kbir kemm tal-Kumitat kif ukoll tal-membri, għax wara seba’ snin mit- twelid tiegħu, il-Juventus Club Malta issa kellu s-sede tiegħu: Dar il-Juventin.Il-ftuh uffiċjali tas-sede
Kien fadal biss xewqa waħda kbira li kienet għadha ma ngatgħetx, jiġifieri l-ftuh uffiċjali tas-sede tagħna minn xi personalità mid-dinja Bianconera. Diversi kienu l-Kumitati li sena wara sena rsistew u tħabtu kemm felħu biex din il-ħolma bħal ħafna oħrajn qabilha ssir realtà.
Il-kuntatti kienu kontinwi ma’ Turin għalkemm f’dawk iż- żminijiet ftit li xejn kien hemm okkażjonijiet li xi ħadd mill-Kumitat jitla’ Turin biex iwassal personalment l-istedina. Għaldaqstant kien jinżamm kuntatt bit-telefon u bil-posta mis-Segertarju Albert Callus mhux biss maċ-Centro Coordinamento Juventus Club f’Turin iżda wisq aktar mal-President tal-Juventus FC stess, Giampiero Boniperti.
Albert Callus kellu kuntatti diretti ma’ Boniperti u stiednu jiġi Malta biex jinawgura uffiċjalment is-sede tagħna. Boniperti esprima kemm-il darba x-xewqa li jkun preżenti għall- inawgurazzjoni tal-kwartieri tal-klabb, iżda l-ħafna impenji li kellu ma kinux qed jippermettulu li jiġi Malta.
Meta l-Kumitat kien se jibda jaqta’ qalbu li Boniperti kien qatt se jiftah uffiċjalment is-sede, grat ħaġa mhux mistennija. Fis-6 ta’ Diċembru 1986 it-tim nazzjonali Taljan kellu jilgħab kontra Malta f’pajjiżna. Il-klabbs tal-partitarji tat-timijiet barranin kienu Itaqgħu mal-kowċ Taljan, Azeglio Vicini, u talbuħ li jagħti I-permess lill-plejers sabiex jilaqgħu mal-membri tagħhom. Vicini kien issuġġerixxa li l-klabbs jiksbu permess dwar dan minn barra minn Malta, direttament mill-uffiċjali tat-timijiet rispettivi. Għaldaqstant is-segretarju tal-klabb tagħna għamel kuntatt mad-Direttur Sportiv ta’ Juventus, Francesco Morini fis-17 ta’ Novembru 1986 biex jiddiskuti l-possibbiltà li I-plejers Juventini li kienu jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali Taljan jitħallew jiltaqgħu mal-membri tal-klabb tagħna. F’din I-istess telefonata Morini kien ta indikazzjonijiet li hu seta’ jiġi Malta fl-istess jiem biex jaqta’ x-xewqa tal-Kumitat li uffiċjal gholi ta’ Juventus FC jinawgura I-kwartieri tal-klabb Malti.
Morini stess kellem lil Boniperti dwar din il-kwistjoni u fl-20 ta’ Novembru għarraf lill-Kumitat li Boniperti kien awtorizzah jiġi Malta bejn l-4 u s-7 ta’ Diċembru 1986 biex jirrappreżentah fil-ftuh uffiċjali tas-sede tal-Juventus Club (Malta).
Miksub xaqq dawl rigward il-ftuħ uffiċjali tas-sede u wara diversi kuntatti oħra ma’ Juventus FC, Giampiero Boniperti żamm il-wegħda tiegħu magħna. Infatti nhar il-Ħamis 4 ta’ Diċembru 1986 ġie Malta il-mibgħut speċjali tieghu, Francesco Morini, (li laghab għal 11-il sena bil-flokk Juventin) flimkien mas-Sinjura tieghu. Fost is-sodisfazzjon kbir tal-membri dakinhar stess fetah uffiċjalment is-sede fi Triq Žakkarija fil- preżenza tal-membri, xi mistiedna distinti u tim tat-TV Taljan. B’hekk inkitbet pagna oħra glorjuża fl-istorja tal-Moviment Juventin f’pajjiżna.
L-għada, il-5 ta’ Diċembru 1986, Morini kien strumentali biex setghet tittella’ serata fil-British Legion li matulha I-membri tal-klabb iltaqgħu ma’ Stefano Tacconi, Aldo Serena u l-masseur Luciano De Maria. Certament dawn il-ftit jiem taż-żjara ta’ Morini se jibqgħu mfakkra b’għożża għal dejjem ghall-istil li bih mexa Morini u għall-fatt li f’temp ta’ ftit granet kien hemm programm shih ta’ attivitajiet mimli daqs bajda.Ħidma bla waqfien mill-Kumitat
L-entuzjazmu għar-rebħ tat-tim kaxkar mhux biss lill-membri, imma fuq kollox lill-Kumitat. Bdew jiżdiedu kemm fil-kwantità kif ukoll fil-kwalità l-attivitajiet imħejjija għall-membri u I-partecipazzjoni qatt ma naqset. Il-membri kienu jħossuhom parti minn familja kbira. Minn żmien għal ieħor kienu jigu organizzati festini u ricevimenti għall-membri f’okkażjonijiet speċjali bħall-Milied, ir-rebħ ta’ xi unur jew it-tmiem tal- istaġun. L-attivitijiet hekk imsejha ‘soċjali’, bħal dinner dances u get-togethers, kellhom l-għan li jsaħħu r-rabta bejn il- membri u jferrxu s-sentiment ta’ ‘familja’ fost dawk kollha tesserati.
Apparti l-attivitajiet soċjali kien hemm ukoll dawk sportivi. B’mod partikolari minn dejjem il-klabb tagħna kellu xi forma ta’ tim tal-futbol magħmul mill-membri. Dawn kienu jiltaqgħu fuq bażi regolari biex jilagħbu flimkien, jitħarrġu u gieli anki jieħdu sehem f’xi tornej. II-valur sublimi tal-isport, l-għaqda, il-kollaborazzjoni mal-oħrajn, il-ħidma u s-sagrifiċċji biex jintlaħaq xi għan, minn dejjem kienu valuri li l-klabb tagħna xtaq iħaddan u jittrasmetti lil dawk kollha msieħba fih. L-attivitajiet sportivi kienu strument biex dan kollu seta’ jintlaħaq u għad hemm nies li sal-ġurnata ta’ llum għadhom jiftakru b’għożża lit-timijiet tal-klabb tagħna.
Attivitajiet ferm segwiti u maħbuba fis-Snin Tmenin kienu I-forum ta’ diskussjoni li għalihom kienu jigu mistiedna fis-sede tal-klabb xi personalitajiet tal-futbol Malti u xi esperti ohra fil-kamp ġurnalistiku biex jiddiskutu argumenti attwali marbutin mal-futbol Taljan. Wara l-membri kienu jingħataw I-opportunità li jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom jew jagħmlu xi mistoqsijiet lill-mistiedna speċjali.
F’okkażjonijiet oħra I-membri kien ikollhom xi tip ta’ kuntatt mad-dinja Bianconera. Fost dawn kien hemm darba partikolari fl-istaġun 1982/83 meta sar kuntatt bit-telefon ma’ Gaetano Scirea u ma’ Dino Zoff. II-membri setgħu jisimgħu t-telefonati u hekk assistew ghal intervista qasira imma ħelwa mal-idoli tagħhom. Meta niftakru f’okkażjonijiet bħal dawn ma rridu qatt ninsew li kienu żminijiet differenti minn dawk ta’ llum u in-nies kienu għatxana għal kwalunkwe tip ta’ kuntatt mal-plejers Bianconeri. F’dan is-sens, irridu nsemmu wkoll li fis- Snin Tmenin il-klabb tagħna kien magħruf ghall-fatt li kien joffri lill-membri l-possibbiltà li jakkwistaw kopji tar-rivista uffiċjali ta’ Juventus FC, Hurrà Juventus.
Inizjattiva oħra ħelwa ferm hi dik li kienu jsejhu ‘referendum’, fejn il-membri tal-klabb setgħu jivvutaw għall-aqwa plejer Juventin tal-istaġun. Il-plejer rebbieħ kien ikun ippremjat minn xi membru tal-Kumitat li jmur Turin fis-sena ta’ wara. Il-premju kien jikkonsisti f’dgħajsa tal-latini tal-fidda, oggett ta’ valur li kellu konnessjoni qawwija ma’ Malta.
Il-ħidma tal-Kumitat imbagħad kienet marbuta maż-żamma u l-manutenzjoni tas-sede fil-belt Valletta. Minn meta nfetħu I-bibien tas-sede għall-membri, il-Kumitat ma waqaf qatt bix- xogħlijiet biex is-sede tkun adegwata għall-ħtiġiet tal-membri u tal-attivitajiet li kellhom isiru fiha. Il-post kien kemmxejn antik u allura l-manutenzjoni kellha tkun kontinwa. Ħafna mix- xogħol ta’ tisbih tal-post kien isir direttament mill-membri tal-Kumitat megħjuna mill-familjari tagħhom. Kulħadd kien iddedika l-ħin liberu tiegħu biex il-kwartieri tagħna setgħu kollhom dejjem dehra moderna u eleganti. Maż-żmien kien ukoll allestit bar fil-post u daħal anki sett tat-televiżjoni.
Kif kulħadd jista’ jimmagina, it-tmexxija ta’ klabb tirrikjedi investiment kontinwu mil-lat finanzjarju. Id-dħul tal-klabb kien essenzjalment ġej mill-ħlas tas-sħubija tal-membri u mill- attivitajiet ta’ fund-raising bħal-lotteriji. II-ħlas tas-sħubija kien aspett fundamentali fil-ħajja tal-klabb għax minnu kien jiddependi l-akbar dħul finanzjarju. Bl-għan li jkun inċentivat il-ħlas tas-sħubija, kif ukoll ikunu attirati lejn il-klabb aktar partitarji godda, il-Kumitat beda jagħti rigal ċkejken mal-ħlas tas-shubija. Għall-ewwel snin dawn kienu stickers u biros li I-Kumitat stess kien jieħu ħsieb jipprintja u aktar ‘il quddiem bdew jingiebu minn Turin xi oggetti li setgħu jitqassmu lill- membri.
Il-ħidma kollha tal-Kumitat kienet celebrata b’mod xieraq b’wirja mtella’ apposta fis-sena 1985, fl-okkażjoni tal-10 anniversarju mit-twaqqif tal-Juventus Club (Malta). Din kienet opportunità tassew unika li fiha l-membri setgħu jaraw l-avvanzi li l-klabb kien għamel mill-ewwel mumenti tal-fondazzjoni sa nofs is-Snin Tmenin.Zjara minn Osti u Storgato
Semmejna diġa li fis-Snin Tmenin ġew Malta kemm Beppe Furino kif ukoll Francesco Morini. Dawn ma kinux l-uniċi żjarat ta’ plejers Bianconeri f’dawk is-snin. Grazzi għall-kuntatti li I-Kumitat kellu, il-membri kellhom diversi opportunitajiet li jiltaqgħu u jaraw mill-qrib lill-idoli sportivi tagħhom.
Nhar l-1 ta’ April 1981 żewġ plejers Juventini ohra, Carlo Osti u Massimo Storgato Itaqgħu mal-membri hekk kif kienu jinsabu Malta mat-tim Nazzjonali tal-Militar għal partita ta’ ħbiberija kontra t-tim nazzjonali Malti ta’ taħt it-23 sena.
Ghalkemm iż-żewġ plejers kienu taht ir-responsabbiltà tal-kowć nazzjonali, il-Kumitat irnexxielu jikseb permess biex Osti u Storgato jingħataw ftit hin liberu biex jiltaqgħu mal- Juventini Maltin u Għawdxin. Is-serata, li saret fis-sala principali tal-Każin tal-Banda La Valette ġentilment mislufa għall-okkażjoni, kienet djalogu sħiħ bejn iż-żewġ Juventini u l-membri preżenti.
Kienet esperjenza oħra sabiħa għall-klabb tagħna u l-membri ġenerali li daqu u raw viċin tagħhom plejers li kienu għażla regolari ma’ Scirea, Bettega, Zoff, Brady u Tardelli fit-tim juventin immexxi minn Trapattoni.
Fl-istess sena kienu jinsabu Malta anki I-plejers Bruno, Farina u Galderisi li ġew mat-tim nazzjonali Taljan ta’ taħt it-18-il sena. Din id-darba ma kienx possibbli li ssir serata ghall-membri peress li l-kowċ tat-tim nazzjonali ma tahomx il-permess li jattendu għal laqgħa mal-membri tal-Juventus Club (Malta). Minflok rappreżentanti tal-Kumitat ingħataw ftit minuti biex jiltaqgħu mal-plejers Juventini fil-lukanda fejn kienu alloġġjati u, f’isem il-membri tal-klabb, il-President Tony Dimech ippreżentalhom tifkira.John Charles – Żjara sorpriża
L-era ta’ Boniperti-Charles-Sivori, it-trio li iddomina tmiem il-Ħamsinijiet u l-bidu tas-Sittinijiet, u rebbieħa ta’ tliet kampjonati, kienet għadha hajja fil-memorja tal-partitarji Maltin. Ghal ħafna mill-partitarji tas-Snin Tmenin, dik ta’ Boniperti-Charles-Sivori kienet l-ewwel Juventus li jiftakru u kellhom l-opportunità li jsegwu. Huma t-tlieta kienu l-idoli tal-Juventini f’dik l-iskwadra formidabbli u li ma tingħelibx li I-partitarji kienu jsegwu b’passjoni kbira tant li jingħad li kull nhar ta’ Ħadd filgħaxija kienu jitilgħu l-Belt biex jaraw siltiet mill-partiti fuq it-televizjoni bla kulur f’xi vetrina fi Strada Zakkarija.
Żgur li ħadd ma kien jobsor li wieħed minn dak it-trio leggendarju, John Charles, imlaqqam ‘The Gentle Giant’, kellu jkun fostna jifrah mal-membri f’okkażjoni aktar unika milli rari.
Il-preżenza f’Malta tal-eks-attakkant profiliku Juventin, John Charles, saret magħrufa b’kumbinazzjoni. Infatti, persuna ħabiba tal-President tal-klabb, Manwel Scerri, u li kienet taħdem f’lukanda ewlenija f’pajjiżna skopriet li fost il-klijenti kien hemm għal btala privata John Charles.
Il-President u s-Segretarju, Albert Callus, minnufih marru l-lukanda u wara diversi ċaħdiet mill-impjegati tal-lukanda fl-aħħar inexxielhom jagħmlu kuntatt personali ma’ John Charles innifsu. “II-Ġgant Ġentili’ wera I-vera disponibbilta Britannika tiegħu u mill-ewwel laqa’ t-talba tal-President biex ltaqa’ mal-membri l-ġurnata ta’ wara.
Ftit sigħat kienu ikkuntattjati I-membri, saru l-arranġamenti meħtiega u fis-6 ta’ Frar 1982 folla sabiha ta’ membri tal-klabb tat merħba kif kien xieraq lil John Charles u s-sieħba tiegħu f’serata familjari fic-Centru Sport Edukattiv, fil-Furjana gentilment misluf ghall-okkażjoni minn Fr. Hilary Tagliaferro, President tal-Youth Football Association.
Kienet serata allegra ferm b’Charles dejjem b’dik id-daħka storbjuża tipika ta’ persuna minn Wales, jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu u jirringrazzja lil dawk preżenti għas-simpatija u l-popolarità li dejjem gawda fostna l-Juventini Maltin.
F’mument tas-serata, waqt li Charles beda jwieġeb għall-mistoqsijiet tal-membri prezenti, is-Segretarju Albert Callus staqsa lil Charles:“Veru li jgħidu li għandek xi dejn ma’ Fiorentina?”
Għal din il-mistoqsija, John Charles baqa’ jħares sorpriż lejn is-Segretarju u rrispondih:
“As far as I know, no!”
U Albert Callus qallu:
“Mela x’gara meta kważi kissirt il-lasta I-wieqfa hekk kif bqajt dieħel dritt fiha bir-ras f’waħda mil logħbiet kontra l-Viola f’Firenze?”
U hawn Charles ftakar u beda jidħaq kemm jiflaħ fost iċ-ċapćip tal-membri preżenti
Giti u t-traġedja ta’ Heysel
Fis-Snin Tmenin il-Juventus Club (Malta) beda wkoll jorganizza -ewwel giti marbutin mal-partiti ta’ Juventus. Il-ġiti ma kinux tant popolari daqskemm saru aktar tard fit-tieni nofs tas-Snin Disghin. Kien ikun l-aktar f’xi okkażjoni speċjali, bhal ngħidu aħna fil-każ ta’ xi partita finali, li l-Kumitat kien jitħajjar jorganizza xi gita. Hawnhekk nixtiequ nsemmu żewg ġiti partikolari tas-Snin Tmenin, it-tnejn li huma marbutin mal partiti finali tat-Tazza taċ-Champions.
L-ewwel waħda kienet fl-okkażjoni tal-finali li ntlaghbet f’Ateni fl-1983 bejn Juventus u Hamburg. Il-ġita seħħet bejn 1-24 u t-30 ta’ Mejju. Fiha ħadu sehem 66 persuna, għadd tassew kbir meta wiehed iqis il-problemi kbar li kien hemm biex jinkisbu l-biljetti ta’ partiti bhal dik. Dakinhar il-partitarji Maltin marru I-Greċja biex jagħtu l-appoġġ tagħhom lil Juventus f’partita li l-Bianconeri tilfu minkejja li kienu ferm superjuri fuq il-karta għall-Ġermaniżi.
Sentejn wara Juventus reġgħu waslu għall-partita finali li din id-darba kellha tintlagħab fi Brussel b’Liverpool bħala avversarji. Hawn b’dieqa rridu ngħidu li dakinhar konna xhieda diretti ta’ waħda mill-paġni l-aktar suwed fl-istorja tal-futbol Ewropew, dik li sa llum għadha magħrufa bhala t-Traġedja tal-Heysel.
Malli Juventus kisbu l-access għall-finali, il-Kumitat tal- Juventus Club (Malta) minnufih beda bit-tħejjijiet meħtieġa biex jorganizza ġita għal din il-partita. Dik il-ħabta l-biljetti kienu jingiebu biss direttament minn Juventus FC f’Turin u allura I-Kumitat permezz tas-Segretarju Albert Callus mill-ewwel għamel kuntatt dirett mas-Segretarju Generali ta’ Juventus, Sergio Secco, li kien responsabbli mit-tqassim tal-biljetti għall-partita finali. Albert Callus kontinwament kien icempel lil Sergio Secco, u talbu 42 biljett (daqskemm kienu I-membri li bbukkjaw it-tour) għall-finali.
Ġimgħa biss qabel il-finali, Albert Callus irċieva telefonata mingħand Secco li biha dan tal-aħħar għarrfu li billi s-sehem ta’ Juventus kien biss ta’ ħdax-il elf biljett, ma kellux biljetti disponibbli għalina. Is-Segretarju tal-klabb tagħna ċempel lill- President Boniperti li nfurmah b’dan kollu u qallu li l-klabb kellu diġà kollox imħallas għal din il-ġita. Il-President Juventin b’rispett lejn il-klabb tagħna wiegħed li kien se jkellem lil Secco. Infatti jumejn wara Secco ċempel lil Albert Callus u qallu li wara l-intervent ta’ Boniperti kellu biss 20 biljett disponibbli għalina.“Ejjew għalihom malajr għax titilfuhom”,
qal Secco. Fuq ordni tal-Kumitat, Albert Callus tela’ Turin u gab l-20 biljett.
Ovvjament l-20 biljett ta’ Juventus (li kienu fil-kurva riservata għall-partitarji Bianconeri) ma kinux biżżejjed u I-Kumitat ried jara kif jikseb il-kumplament ta’ 22 biljett biex jaqdi lit- 42 persuna li ħallsu t-tour kollu. Il-Kumitat kellu kuntatt ma’ persuna ta’ fiduċja li kienet lesta ġġib it-22 biljett l-ieħor mill-Ingilterra. Il-prezz miftiehem kien ta’ 70 sterlina ‘I wiehed (prezz għoli għal dak iż-żmien). Hekk kif din il-persuna marret tiġbor il-biljetti mill-Ingilterra, kienet mgħarrfa li biljetti ta’ 70 sterlina (li kienu fil-mishuta Kurva Z fejn kellha tiġri diżgrazzja) kienu spiċċaw u li kien fadal biss dawk fit-Tribuna Ċentrali li kienu jiswew 140 sterlina ‘I wieħed.
Tard bil-lejl, il-President Manwel Scerri kien infurmat b’telefonata minn Londra b’din is-sitwazzjoni u dak il-ħin stess kellu jieħu deċiżjoni għax, kif jgħidu l-Ingliżi, kienet sitwazzjoni ta’ ‘take it or leave it’. Fiċ-ċirkostanzi, bil-partita finali ftit jiem ‘il bogħod, u bil-membri ma jafux fejn qegħdin bil-biljetti, Manwel Scerri iddeċieda li jingiebu t-22 biljett bil-prezz il-ġdid offrut fit-Tribuna Centrali. Kienet deċiżjoni kuraġġuża u responsabbli.
Kien tassew provvidenzjali li ttieħdet dik id-deċiżjoni għax dakinhar, proprju fil-Kurva Z qabel il-partita tilfu hajjithom 39 partitarju Juventin. II-President, Manwel Scerri jirrakkonta:“Dak iż-żmien ma kellniex telefon cellulari u allura biex inserrħu ras il-familjari tagħna, li bħad-dinja kollha assistiet permezz tat-trasmissjoni televiziva diretta ghat-tragedja, malli tlaqna minn Brussels fis-siegħa ta’ filgħodu bil-coach lejn l-Olanda (fejn kelina l-hotel) waqafna fil-fruntiera bejn il-Belgju u l-Olanda u bdejna nċemplu Malta ħalli nserrħu ras il-qraba tagħna li konna lkoll qawwijin u sħaħ.”
Mal-wasla lura f’Malta, intervistat mir-radju, Manwel Scerri qal:
“Nirringrazzjaw lil Alla li bi 42 membru morna u bi 42 ġejna lura.”
…. ikompli
- partijiet preċedenti