MOSTRUZIby Pierre Borg
Hekk insejjah lit-tim Juventin, mostruzi ghaliex din il-partita fakkritni fl-era Lippi u bhali hawn hafna jiftakru li hekk konna nkunu. Din id-darba kontra kollox u kulhadd, kontra referee li dardarna loghba shiha jirrefja kontrina penalty car, lanqas biss imur jara imma ta’ Lipsia mar jigri jara. 5 minuti wara li gara l-kaz Di Gregorio li bilkemm miss il-ballun b’idejh ghazel li jhallina b’ghaxra biex itellifna l-partita cara daqs il-kristall.
Izda nigu ghal partita u ghal players taghna. Hasra li f’serata bhal din kellna 2 injuries li wiehed minnhom dak ta’ Bremer sfortunatament jidher gravi u kollha nafu kemm Gleison Bremer huwa mportanti ghalina, filwaqt Nico Gonzalez huwa injury muskolari xi haga mhux gdida ghalih!
Fl-ewwel taqsima ma’ konniex hazin anzi nghid li kellna kontroll tal-partita izda fl-uniku xutt gol-lasta qlajna l-gowl. Fit-tieni taqsima hrigna hafna tajjeb u deherna mal-ewwel li qeghdin fil-partita u ilqatna l-lasta b’xutt ta’ Koopmeiners, fortunatament ma’ damx ma’ wasal l-gowl ta’ dro ta’ Dusan Vlahovic, dak li tant nikritikaw fl-ahhar qed jaghmel xogholu anka ghax gejjin aktar blalen ghalih fil-kaxxa. Wara ftit ir-referee mahmug u korrot li irrefja l-partita wahlilna penalty ghax pretenda li Douglas Luiz ma jilqax xutt go wiccu izda hekk ried itellifna l-partita, izda xi haga fis-sema ma’ ppermetitx il-komplott u Dusan skorja meravilja ta’ gowl b’xutt li konna narawh jiskorja hekk qabel hadnih ma’ Fiorentina.
Ic-cirasa fuq il-cake waslet minn Kikko Conceicao li b’difensur quddiemu li fih it-triplu tieghu li nahseb ghadu jfittxu sa issa minn fejn ghaddielu biex tefana fil-vantagg f’dillirju ta’ ferh!
Din ghanda tkun ir-rebha li ttellana targa ohra fil-konvinzjoni fil-players li bdejna nsiru skwadra u skwadra b’sahhita b’mentalita li rridu nirbhu u niddominaw ukoll, dak li xtaqna u nixtiequ kollha kemm ahna.
FORZA JUVE DEJJEM