MISSEJNA L-QIEGHby Pierre Borg
F’din il-partita kontra Venezia, l-ahhar tim fil-klassifika intmiss il-qiegh jekk mhux diga kien intmiss qabel. L-inkonsistenza li ktibt fuqa l-gimgha li ghaddiet u fl-artiklu wara l-loghba kontra Manchester City ktibt ukoll li nisperaw mhux bhas-soltu wara li tlajna s-sema nergghu naqaw ma’ l-art u l-biza tieghi fegget.
Ma’ hemmx kelma ohra li wara tlett dros ma’ konniex kapaci f’darna stess nirbhu lil bicca Venezia li jinsabu l-ahhar u ghandna xorti hadna punt ghaliex bhal kontra Bologna l-bambin helisilna!
Bhal kulhadd naqra u niehu pjacir nara l-opinjonijiet ta’ hafna nies f’dan il-grupp, filwaqt li nghid li kulhadd ghandu dritt jesprimi b’mod rispettabli l-opinjoni tieghu ghaliex nara certu kummenti ta’ whud li meta xi hadt ikun kritiku jigi attakat u sahansitra kummenti bhal int ma’ tifhimx jew mur int jew kemm hawn kowcis! Jien nghid li kulhadd jikkumenta fuq il-mument u fuq kull partita li kollha jkollom storja differenti! Zgur li kulhadd jaqbel li t-tim mhuwiex konsistenti u ma’ ghandniex mentalita soda li ser naslu x’imkien.
Bhal ma’ kont kritikajt fil-passat lil Allegri u kont nghid li huwa responsabbli u fl-istess hin b’li kellu ghamel mirakli issa b’wicci minn quddiem nistaqsikom min hu responsabbli wara li ghaddew xhur u ghadna ma’ rajna xejn? Ghandna roza ta players ahjar mis-sena l-ohra? Il-kowc tahsbu li qieghed iwassal l-ideat tieghu meta naghmlu pass il-quddiem u mija lura? Qeghdin naraw xi haga differenti? Ghax hlief ballun idur minn naha ghal ohra bhal passat miniex nara! Ghadna naraw timijiet jigru u jippressaw it-triplu taghna? Ghadna naraw konfuzjoni tattika? Mela nistaqsikom x’inbidel? Ghalija assolutament xejn! Kontinwita zero, fizika zero, injuries muskolari baqaw ukoll!
Min jista jichad dawn l-affarijiet? Dawk li Alla jbierek dejjem jaraw tajjeb u xejn hazin jisimawom lis-sapporters go l-istadium l-ghajta principali bhalissa….Ohorgu l-attributi biex inkun pulit! Sakemm ma’ jkunx hemm xi whud fil-curva stess ikantaw maghhom mbad hawn jibilaw lil min ikun kritiku jew ahjar ikun qed jara r-realta!
Sfortunatament jidher li t-triq ghas-success ser tkun aktar twila milli hsibna, milli hsibt jien stess, id-domandi bilfors naghmluhom izda l-affarijiet issa bdew jidhru, bdew jiccaraw u dak li qed jasal ma’ huwa xejn sabih anzi, personalment dubji fuq is-socjeta kelli u ghandi izda fuq il-kowc ghandi hafna u hafna aktar u onestament ma’ bsarta qatt, nispera li jien zbaljat. Izda ghalija t-tim huwa l-mera tal-kowc u sa issa is-sensazzjoni li qed itini hija li diga harbet is-sitwazzjoni minn idejh.
FORZA JUVE DEJJEM