REBHA FIL-COPPA ITALIAby Pierre Borg
Lura ghal rebha fil-coppa italia, tazza li ahna l-holders taghha u li hafna nsew malajr li rbahna s-sena l-ohra u li tghodd bhala success stagonali ukoll imma fil-futbol kollox jintnesa malajr.
Lura mhux biss ghal rebha izda wara bidu timidu kienet wirja konvincenti wara li ftahna l-iskor permezz ta’ Dusan Vlahovic ghaliex wara d-deluzjoni ta’ dro kontra Venezia l-ambjent u l-moral ma’ kienx wiehed tajjeb u facli. Din il-partita wara rizultat tajjeb gabet id-domandi taghha ukoll u li nhobb naqsam maghkom biex nara tahsbuwiex bhali. Rajt skwadra li qed issib diffikultajiet meta nilghabu ma’ timijiet zghar u jkollom difizi maghluqa u marking strett filwaqt li nnotajt li din id-darba pruvajna nippenetraw min-nofs ukoll b’one touch futbol u veloci u filfatt tista tghid li ftahna l-iskor b’azzjoni mahduma b’velocita u b’konkluzjoni tajba ta’ Vlahovic li nikritikawh kemm nikritikawh jibqa l-aktar player li sab ix-xibka fit-tim.
Fit-tieni taqsima wasal kmieni t-tieni gowl minn freekick meraviljuz ta’ Koopmeiners li donnu beda gej bilmod ghal dak il-player li nafu u ammirajna ma’ Atalanta forsi anka peress li ma’ kellux pre season normali u wasal fl-ahhar tal-mercato. Pozittiva kienet ukoll il-wirja ta’ Conceicao li ghalkemm issa l-avversarji bdew jidrawh u jaghlqu b’marking doppju minhabba l-velocita tieghu u kien ilu partita shiha jipprova jsib ix-xibka sakemm fl-ahhar irnexxielu b’xutt sabih u b’sahhtu.
Ma’ nixtieqx ninsa lil Nico Gonzales, player li tant hassejna u kellna bzonn izda sfortunatament tlifnih ghal zmien twil u hassejna hafna il-kwalita u l-velocita tieghu u rajna fil-ftit hin li dahal x’kapaci jaghmel meta ghamel gowl meraviljuz. J’Alla dawn l-injuries ihalluna kwieti darba ghal dejjem ghaliex jien u zgur intom ukoll ma’ rridx nemmen li Juventus huma daqshekk hziena bhal ma’ rajna f’hafna loghbiet dan l-ahhar.
Irridu nibqghu konsistenti biex nirkupraw il-hafna punti li tlifna fil-kampjonat. Naturalment ma’ rridux inhallu din il-partita taghmina u tnessina li rridu naghmlu hafna aktar progress ghaliex huwa fondamentali li nidhlu fic-champions league u din il-kontinwita rridu nsibuha. Irid ikun il-kowc li jittrasmetti determinazzjoni u certezza fil-players u l-players juru kemm huma ta’ Juventus.
FORZA JUVE DEJJEM