Entries by Aleandro Bartolo

Kurżitajiet mill-passat marbutin mat-8 ta’ Frar

1. L-ewwel gowl ta’ Davids ma’ Juventus 25 sena ilu Edgar Davids kien skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta’ Juventus. B’kollox hu lagħab 235 partita ma’ Juventus u skorja 10 gowls. Kif għidna, l-ewwel wieħed wasal waqt Juventus-Roma tat-8 ta’ Frar 1998. 2. L-uniku gowl ta’ Poulsen Fit-8 ta’ Frar 2009 Juventus lagħbu kontra Catania […]

Bħal-lum fil-passat (8 ta’ Frar)

Il-partita li qed inwasslulkom illum hi telfa bi skor kbir kontra Parma fl-1999, liema telfa wasslet biex Marcello Lippi jirriżenja minn kowċ ta’ Juventus u ftit jiem wara Ancelotti ħadlu postu.

Bħal-lum fil-passat (31 ta’ Jannar)

Illum ‘Gobbo Maltese’ qed iwasslilna filmat ta’ partita mit-Tazza taċ-Champions li tmur lura għal-1968. Kien proprju fil-31 ta’ Jannar 1968 li Juventus lagħbu barra minn darhom kontra Eintracht fil-Kwarti-Finali tal-ogħla kompetizzjoni Ewropea għall-klabbs.

Bħal-lum fil-passat (19 ta’ Jannar)

Fid-19 ta’ Jannar 2003 Juventus kienu lagħbu kontra Chievo barra minn darhom. It-tim ta’ Lippi kiseb rebħa kbira bl-iskor ta’ 1-4. Trezeguet kien skorja hattrick, filwaqt li l-gowl l-ieħor kellu l-firma ta’ Del Piero.