About Aleandro Bartolo
This author has not written his bio yet.
But we are proud to say that Aleandro Bartolo contributed 2610 entries already.
Entries by Aleandro Bartolo
Bernardeschi pożittiv għall-Covid-19
06/04/2021 in News /by Aleandro BartoloFederico Bernardeschi hu pożittiv għall-Covid-19. Dan ħabbruh Juventus ftit tal-minuti ilu. Hu m’għandux sintomi. Kif jitlob il-protokoll, Bernardeschi beda jagħmel il-kwarantina u se jkun segwit mill-istaff mediku. Matthew Scerri
Bdil Rabiot-van de Beek
06/04/2021 in News /by Aleandro BartoloSoccernews.nl huma konvinti li das-sajf Juventus u Manchester United se jkun qed ipartu xi plejers. Jidher fil-fatt li r-Red Devils lesti jħallu lil Donny van de Beek jitlaq u qed jipproponu lil Juventus tpartit ma’ Rabiot. Matthew Scerri
Multa ta’ 2000 Ewro għal Bernardeschi
06/04/2021 in News /by Aleandro BartoloFederico Bernardeschi se jkollu jħallas multa ta’ 2000 Ewro minħabba li lejn l-aħħar minuti tad-Derby waqa’ waħdu fil-kaxxa u pprova jinganna lir-referee. Fil-grawnd hu qala’ karta safra u issa l-Imħallef tal-Isports stabilixxa li għandha titħallas dil-multa wkoll. Matthew Scerri
L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (6 ta’ April 2021)
06/04/2021 in News /by Aleandro BartoloQed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-6 ta’ April 2021.
Plejer Juventin ieħor pożittiv għall-Covid-19?
06/04/2021 in Uncategorised /by Aleandro BartoloIl Corriere dello Sport żvelaw b’mod esklussiv li jista’ jkun hemm plejer ieħor ta’ Juventus pożittiv għall-Covid-19. Illum se jsiru l-iswab tests ta’ lejlet il-partita, biss hemm il-biża’ li dal-plejer jittesta pożittiv. L-isem tal-plejer mhuwiex magħruf. Min jaf jekk il-każ huwiex marbuta mal-ħafna plejers pożittivi li nstabu fl-aħħar jiem wara li temmu l-impenji mat-tim nazzjonali […]
Bejn plusvalenze u bidliet fit-tmexxija tal-klabb. Xahrejn kruċjali għall-futur ta’ Juventus
06/04/2021 in News /by Aleandro BartoloFtit tal-ġimgħat ilu, fl-istqarrija dwar l-approvazzjoni tal-accounts tagħhom mill-Bord tad-Diretturi konna qrajna li minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja attwali Juventus jaf kien se jkollhom ibigħu xi plejers. Kitbuha huma stess u ma kinitx xi analiżi tal-ġurnalisti. Is-sitwazzjoni kompliet marret għall-agħar hekk kif Juventus inqalgħu miċ-Champions League. Is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Juventus mhix gravissima daqskemm ħafna qed isostnu u […]
Chiesa hu l-Aqwa Plejer ta’ Torino-Juventus
05/04/2021 in News /by Aleandro BartoloFederico Chiesa ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Torino u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 74% tal-voti, segwit minn Ronaldo b’8% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem! Matthew Scerri
Plejer ta’ Torino pożittiv għall-Covid-19
05/04/2021 in News /by Aleandro BartoloPlejer ta’ Torino nstab pożittiv għall-Covid-19. Ma nafux min hu u allura m’għandniex idea jekk lagħabx nhar is-Sibt. Ovvjament Juventus se jistennew b’ħerqa l-iswab tests t’għada biex jaraw jekk għandhom iktar plejers bil-virus. Hemm għidut li l-plejer ta’ Torino bil-virus hu Sirigu. Jekk hu hekk probabbli li ħa l-virus waqt li kien mat-tim nazzjonali. B’kollox […]
Allegatament John Elkann talab lil Andrea Agnelli ma jibqax President ta’ Juventus
05/04/2021 in News /by Aleandro BartoloIl-ġurnalist Paolo Bargigga qed jirraporta b’mod esklussiv li Andrea Agnelli kellu laqgħa ma’ John Elkann. Allegatament matul il-laqgħa Elkann talab lil Agnelli biex ma jibqax President ta’ Juventus. Elkann, li jmexxi l-EXOR li tamministra l-patrimonju kollu tal-Familja Agnelli, għandu kull dritt jagħmel dit-talba. Fi ħdan il-Familja Agnelli min imexxi l-Exor hu dak li jikkmanda u […]
IKKUNTATJANA
Triq Madre Maria Theresa Spinelli
Birkirkara BKR 4920
Malta
Email – [email protected]
Ghall-booking ta’ mejda waqt il-partiti cempel +356 77208585
Hinijiet tal-ftuh tal-ufficju:
Kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn is-6:30pm u 8:00pm kif ukoll minn siegħa qabel kull partita ta’ Juventus.
Waqt ħinijiet tal-ftuħ ċempel +356 21480851
Ħinijiet oħra ċempel jew SMS +356 79618994
Fejn ssibna
RATI SĦUBIJA MAL-CLUB
Adult – €25
Anzjan – €20
Żgħażagħ – €20
Tfal – €10
Baby – FREE