Entries by Aleandro Bartolo

Torino-Juventus 2-2

Wirja oħra mill-aktar fqar u patetiċi fi staġun li kulma jmur qed isir dejjem iktar diżastruż. Għal darb’oħra Juventus ma kinux kapaċi jegħlbu tim tal-qiegħ. Għal darb’oħra kellhom wirja fjakka u batew kontra tim ta’ kwalità baxxa. Għal darb’oħra ma kienx ħaqqhom jirbħu l-partita. Għal darb’oħra morna minn taħt minħabba żball stupidu ta’ plejer minn […]

Uffiċjali: Kif se jibdew Torino u Juventus

Torino (3-4-1-2): Sirigu; Izzo, Bremer, Buongiorno; Vojvoda, Mandragora, Rincon, Ansaldi; Verdi; Belotti, Sanabria.  Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Chiellini, Alex Sandro; Kulusevski, Danilo, Bentancur, Chiesa; Morata, Ronaldo. 

Multa kbira għal Dybala

Juventus tassew se jżommu id iebsa ma’ Paulo Dybala. Fil-fatt La Repubblica qed tirraporta li l-multa li Juventus se jweħħlu lil Dybala se tkun ta’ madwar 300,000 Ewro. Se jkun hemm multi anki għal McKennie u għal Arthur. Il-multa se tkun differenti għat-tlieta li huma peress li r-regolamenti jippermettu biss li l-multa tkun ikkalkulata bħala […]

Anniversarju: 3/4/1896 titwieled “La Gazzetta dello Sport”

Fit-3 ta’ April 1896 ġiet ippubblikata għall-ewwel darba “La Gazzetta dello Sport”. Fir-ritratt t’hawn fuq tidher l-ewwel paġna ta’ dik l-edizzjoni. Għall-ewwel snin il-gazzetta kellha l-karta kulur aħdar u kienet titratta l-aktar iċ-ċikliżmu u t-tlielaq taż-żwiemel li tant kienu popolari. Fl-1899 il-kulur tal-karta sar roża u mill-1908 bdiet torganizza l-Giro d’Italia. Matthew Scerri

Juventus iħossu l-kriżi u allegatament se jkellmu lill-plejers dwar il-pagi tagħhom

Rapporti mhux konfermati mill-klabb qed isostnu li allegatament Juventus talbu lill-plejers li jaċċettaw li jirċievu b’daqsxejn dewmien il-ħlas tal-aħħar erba’ pagi. Skont Il Corriere dello Sport Juventus qed iħossu l-piż tal-kriżi finanzjarja (speċjalment issa li nqalgħu miċ-Champions League) u jeħtiġilhom ibigħu xi plejers fis-sajf sabiex ikunu jistgħu jagħmlu tajjeb għall-pagi u l-ħlas amministrattiv l-ieħor għall-perjodu […]

Is-supporters jibagħtu messaġġ lit-tim Juventin

Is-supporters Juventini bagħtu messaġġ ċar lit-tim tal-qalb tagħhom hekk kif ilbieraħ feġġ streamer kbir ma’ wieħed mill-kanċelli tal-Allianz Stadium. L-istreamer jgħid: “Għandkom għal qalbkom biss is-social media, l-isponsors u l-miljuni. Aħsbu fid-Derby! Oħorġu l-attributi!!”

Il-kuntratt ta’ Donnarumma jintemm tliet xhur oħra

Tliet xhur oħra jasal fi tmiemu l-kuntratt ta’ Gigio Donnarumma ma’ Milan. S’issa kollox jindika li t-taħdidiet tal-klabb mal-aġent Raiola ma wasslu imkien. Milan ressqu żewġ offerti: paga ta’ 7 miljuni l-ewwel u wara tellgħu l-offerta għal 8 miljuni fis-sena. Raiola qed ikompli jinsisti li jrid 10 miljuni fis-sena. F’dawn il-ġranet qed jissemma ħafna li […]

Tliet ismijiet għan-nofs il-grawnd ta’ Juventus

M’hemm ebda dubju li Juventus das-sajf se jkunu ferm attivi fis-suq tat-trasferimenti. Speċjalment f’nofs il-grawnd Juventus jeħtieġu taqlib kbir. Qed jissemma ħafna Locatelli, b’investiment ta’ madwar 40 miljun Euro min-naħa ta’ Juventus. Barra minn hekk qed jissemmew ukoll Donny van de Beek (Manchester United) u Jorginho (Chelsea). Matthew Scerri