Entries by Aleandro Bartolo

Bħal-lum fil-passat (31 ta’ Marzu)

Il-filmat tal-lum joħodna lura għall-1985. Il-partita hi Derby li ntemm b’rebħa Bianconera bl-iskor ta’ 0-2. Interessanti li fl-istorja nsibu li ntlagħbu b’kollox tliet derbies li ntlagħbu fil-31 ta’ Marzu (apparti l-partita tal-filmat, kellna anki żewġ draws: 1-1 fl-1974 u 2-2 fl-1993, b’din tal-aħħar tkun partita tal-Coppa Italia).

Dybala u Ramsey irkupraw!

Aħbarijiet tajba mill-JTC tal-Continassa hekk kif illum kemm Dybala kif ukoll Ramsey ittrenjaw mal-bqija ta’ sħabhom. Dan ifisser li huma rkupraw għall-kollox mill-injuries tagħhom u se jkunu għad-dispożizzjoni ta’ Pirlo nhar is-Sibt. Matthew Scerri

Tħassib għal Szczesny

F’dawn is-sigħat hemm tħassib kbir għall-fatt li fi ħdan it-tim nazzjonali Pollakk instabu erba’ plejers pożittivi għall-Covid-19. Il-plejers li ħadu l-virus huma: Krychowiak, Piątkowski, Skorupski u Klich. Juventus qed jittamaw li Szczesny ma jiħux il-virus. Tajjeb infakkru li għad-Derby ta’ nhar is-Sibt hemm diġà nieqes Buffon għax sospiż. Matthew Scerri

Buffon sospiż għal partita waħda

Gigi Buffon se jitlef id-Derby ta’ nhar is-Sibt hekk kif ġie sospiż għal partita waħda wara li qal dagħwa waqt il-partita kontra Parma. Tajjeb ngħidu li Buffon kien diġà weħel multa ta’ 5000 Ewro b’rabta ma’ dal-każ. Matthew Scerri

Juventus f’taħdidiet ma’ Udinese għal Gasparini

Sakemm inkunu nafu verament x’se jagħmel Buffon is-sena d-dieħla, jidher li Juventus diġà bdew jaħsbu dwar il-gowler tal-futur. Il-Bianconeri jinsabu f’taħdidiet ma’ Udinese biex jiksbu lil Manuel Gasparini (19-il sena). Hu mistenni jingħaqad ma’ Juventus u jitħalla b’self ma’ Udinese. Matthew Scerri

Juventus juru interess f’Kang-In Lee

Tkompli t-tfittxija ta’ talenti żgħażagħ min-naħa ta’ Juventus. Allegatament Paratici u n-nies tiegħu bħalissa qed isegwu mill-qrib lil Kang-In Lee ta’ Valencia. Il-kuntratt tiegħu jiskadi fl-2022 u x’aktarx li das-sajf hu se jkun qed jingħaqad ma’ klabb ieħor. Juventus lesti jixtruh bi ftehim ma’ klabb ieħor fejn Lee jkun jista’ jilgħab għal sena jew tnejn […]

De Paul għadu fil-mira ta’ Juventus

Das-sajf Rodrigo De Paul x’aktarx se jkun qed jitlaq lil Udinese. Juventus huma fost it-timijiet l-aktar interessati fih, għalkemm bħalissa l-Bianconeri jidhru li qed jagħtu l-ewwel preferenza tagħhom lil plejers oħra. Il-prezz ta’ De Paul hu ta’ madwar 30-35 miljun Ewro. Matthew Scerri

Audero jew Perin minflok Buffon

Fl-eventwalità li Buffon jitlaq lil Juventus, il-Bianconeri se jkollhom bżonn jiksbu gowler ieħor riserva għal Szczesny. La Gazzetta dello Sport qed issemmi lil Emil Audero u Mattia Perin bħala l-aktar probabbli li jimlew il-vojt li jħalli Buffon. Matthew Scerri

Għada lura għat-training

Għada Juventus se jkunu qed jerġgħu jibdew it-taħriġ fil-JTC tal-Continassa wara li Pirlo ta jumejn vaganzi lill-plejers li fadal. Għada se jkun hemm xi plejers li waslu lura Turin wara l-impenji mat-timijiet nazzjonali: Kulusevski u Chiellini. Bentancur, Cuadrado, Danilo u Arthur baqgħu Turin hekk kif tħassru l-partiti tat-timijiet nazzjonali tagħhom. Alex Sandro jidher li rkupra […]