Entries by Aleandro Bartolo

Douglas Costa interessat f’ritorn ma’ Gremio, biss …

Il-kowċ ta’ Gremio, Portaluppi stqarr li tkellem ma’ diversi plejers importanti, fosthom Douglas Costa. Skontu, Costa hu interessat ferm li jirritorna ma’ Gremio, għalkemm Portaluppi żied anki li hemm aspetti finanzjarji li jaf ifixklu dat-trasferiment. Douglas Costa bħalissa jaqla’ 6 miljuni fis-sena, somma li l-klabbs Brażiljani ma jaffordjawx. Matthew Scerri

Buffon se jitlaq lil Juventus?

Il-futur ta’ Gigi Buffon hu tassew inċert iktar minn qatt qabel u dis-sena verament kollox jista’ jseħħ. Għalkemm ma jistax jiġi eskluż li hu se jirtira mill-futbol, kollox jindika però li Buffon għadu jħoss li fadallu x’jagħti bħala gowler u allura l-karriera jaf tkompli sena oħra. Spiss issemma li Juventus lesti jġeddulu l-kuntratt għal sena […]

Depay: “Għadni ma nafx x’se jiġri”

“Ma nista’ ngħidilkom xejn dwar il-futur tiegħi għax jien stess ma nafux. Malli nkun naf xi ħaġa, ngħidilkom. Ninsab f’sitwazzjoni stramba. Qatt ma kont f’sitwazzjoni li nista’ nkun liberu jew li nista’ nġedded il-kuntratt.” Dan kien il-kumment li Memphis Depay ta lil ESPN u li jixhed li hemm inċertezza sħiħa dwar il-futur tiegħu. Matthew Scerri

Il-futur ta’ Kean hu fi Franza ma’ PSG

Moise Kean mhux se jitlaq lil PSG fis-sajf. L-attakkant Taljan esprima x-xewqa li jibqa’ mal-klabb Pariġin u Leonardo diġà fetaħ negozjati ma’ Everton biex jixtrih għal kollox. PSG emmnu ferm fih u dan wassal biex Kean fl-aħħar irnexxilu juri t-talent kollu tiegħu. Matthew Scerri

Icardi mhux beħsiebu jitlaq lil PSG

Mauro Icardi stqarr pubblikament li m’għandu ebda intenzjoni li jitlaq lil PSG. F’intervista mogħtija lill-istazzjoni tal-klabb Pariġin, Icardi qal dan li ġej: “Għalija hu unur li ninsab hawn, kif għidt sa mill-ewwel jum meta wasalt hawn. Ninsab tajjeb u qiegħed f’tim li qed jimmira li jirbaħ ħafna unuri. Dan hu dak li jfittex plejer. Ninsab […]