Entries by Aleandro Bartolo

De Ligt captain ta’ Juventus?

Fil-ħarġa tal-lum ta’ Tuttosport naqraw li jekk verament Chiellini se jirtira, Juventus se jagħtu l-faxxa ta’ captain lil De Ligt. Jekk dan ikun ikkonfermat, allura jkollna bidla radikali mill-prassi tal-aħħar snin fejn il-faxxa tal-captain intlibset dejjem mill-plejer li jkun ilu l-iktar jilgħab għal Juventus. Matthew Scerri

Chiesa hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Benevento

Federico Chiesa ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Benevento. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 28% tal-voti, segwit minn Ronaldo b’21% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem! Matthew Scerri

Min jista’ jieħu post Pirlo

Kif kien mistenni wara t-telfa kontra Benevento beda l-għidut dwar min jista’ jieħu post Pirlo bħala kowċ ta’ Juventus. Ħafna supporters qed joħolmu li jkun hemm ritorn ta’ Allegri, biss jidher li min-naħa tiegħu jinsab iktar interessat f’timijiet oħra (Roma, Napoli jew Tottenham). Zidane għadu jkun indikat bħala l-favorit ta’ Agnelli, imma anki hawn wieħed […]

Ħafna għidut. Pirlo qed jirriskja li jitlef postu!

Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa kellna ħafna aħbarijiet dwar il-futur ta’ Pirlo ma’ Juventus. Sportmediaset taw l-aħbar li saret laqgħa bejn Pirlo, Agnelli, Nedved u Paratici. S’issa, però, ma kellna ebda konferma li dil-lagħa seħħet verament. Tuttosport, imbagħad, qed tirraporta li Juventus għarrfu lil Pirlo li jekk jitlef partita oħra se jitkeċċa. Sorsi oħra qed […]

Laqgħa importanti dwar l-istaġun Juventin

Illum waranofsinhar allegatament għaddejja laqgħa li għaliha huma preżenti Andrea Agnelli, Pavel Nedved, Fabio Paratici u Andrea Pirlo. John Elkann ukoll mistenni jingħaqad magħhom permezz ta’ videocall. Skont Sportmediaset dil-laqgħa qed issir biex ikun hemm analiżi sew tal-mument delikat li Juventus għaddejjin minnu hekk kif tilfu l-opportunità li jirbħu l-kampjonat u ċ-Champions League. La Stampa […]

Allegri jispjega x’wassal biex ma baqax kowċ ta’ Juventus

“Infridna b’mod kważi naturali. Kienet għażla tal-President li jkun hemm bidla fit-tmexxija tat-tim. Għaddejna ħames snin sbieħ immens. Naħseb fattur li wassal għall-firda kien li wara ħames snin kienet qed issir diffiċli nibqa’ ngħaddi l-ideat tiegħi lill-plejers. Bqajt, però, f’relazzjoni tajba ma’ Agnelli u mad-dinja Juventina.” Kliem ta’ Allegri fl-intervista mogħtija lil Sky ilbieraħ filgħaxija. […]