Entries by Aleandro Bartolo

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Benevento

Rodrigo Bentancur reġa’ ġie mgħajjat minn Pirlo wara li fieq mill-Covid, filwaqt li anki Buffon irkupra mill-injury li żammu ‘l bogħod mill-azzjoni fl-aħħar jiem. Il-plejers kollha mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Benevento huma: Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Buffon;Difensuri: Chiellini, De Ligt, Danilo, Bonucci, Di Pardo, Dragusin, Frabotta;Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, […]

Ronaldo u Girelli huma l-Aqwa Plejers għall-istaġun 2019/20

Cristiano Ronaldo ġie ppremjat waqt il-Gran Galà del Calcio bħala l-Aqwa Plejer tas-Serie A għall-istaġun 2019/20. Cristiana Girelli ta’ Juventus Women hi l-Aqwa Plejer tas-sena fost in-nisa. Bonucci u Dybala jiffurmaw parti mit-tim tas-sena tal-irġiel. L-Aqwa Ħdax tal-Irġiel: Donnarumma, Theo Hernandez, De Vrij, Bonucci, Gosens; Barella, Gomez, Luis Alberto; Dybala, Immobile, Cristiano Ronaldo. Kowċ: Gasperini. […]

Awguri, President!

Illum hu jum għeluq snin il-President tal-Club tagħna, Joseph Fenech. Minn qalbna nawgurawlu li jkollu ġurnata mill-isbaħ mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbu. Nirringrazzjawh għas-snin twal ta’ ħidma b’risq il-Juventus Club Vero Amore u jalla l-Presidenza tiegħu tkompli tkun mimlija suċċessi għall-Club tagħna anki fis-snin li ġejjin.

Ramsey probabbli jitlaq lil Juventus das-sajf

Fl-aħħar jien kien hemm diversi spekulazzjonijiet li Juventus se jkunu qed ibigħu lil Aaron Ramsey das-sajf. Nafu li klabb bħal Juventus jibqgħu għaddejjin grazzi għall-famużi plusvalenze. Dis-sena l-iktar mod faċli biex issir plusvalenza hu li jinbigħ wieħed bejn Ramsey u Rabiot li ngħaqdu b’xejn ma’ Juventus ftit iktar minn sena u nofs ilu. Rabiot, fil-perjodu […]