Entries by Aleandro Bartolo

Chiellini hu l-Aqwa Plejer ta’ Sampdoria-Juventus

Giorgio Chiellini ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Sampdoria u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 59% tal-voti, segwit minn Chiesa b’15% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Cuadrado b’10% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem! Matthew Scerri

Kif x’aktarx se jilagħbu Inter u Juventus

Inter (3-5-2): Handanovic; Skriniar, De Vrij, Kolarov; Darmian, Barella, Brozovic, Vidal, Young; Sanchez, Lautaro Martinez.  Juventus (4-4-2): Buffon; Cuadrado, Bonucci, De Ligt, Danilo; Chiesa, Arthur, Bentancur, McKennie; Kulusevski, Cristiano Ronaldo.  Sors: Tuttosport

Rugani fil-mira ta’ tliet klabbs tas-Serie A

Tliet klabbs tas-Serie A qed juru interess qawwi f’Daniele Rugani. Fil-jiem li għaddew kien intqal li Torino kellhom ftehim ma’ Juventus għas-self tiegħu. JIdher li l-ftehim għadu mhuwiex wieħed definittiv. Tant hu hekk li Parma u Bologna għamlu kuntatt ma’ Juventus għalih. Matthew Scerri

Juventus iridu lil Emerson Palmieri b’self

Mill-Ingilterra qed tasal l-aħbar li Juventus talbu lil Emerson Palmieri b’self. Il-full-back Taljan jixtieq jitlaq lil Chelsea biex ikun jista’ jilgħab b’mod regolari u hekk ikollu ċans ikbar li jintgħażel mat-tim nazzjonali Taljan għall-Kampjonat Ewropew. Matthew Scerri

L-aħħar jum tas-suq tat-trasferimenti!

Illejla fit-8.00 ta’ filgħaxija jasal fi tmiemu s-suq tat-trasferimenti tax-xitwa. Illum, għaldaqstant, hi l-aħħar ġurnata li matulha l-klabbs tas-Serie A se jkunu jistgħu jixtru jew ibigħu plejers. Matthew Scerri

Scamacca bil-kundizzjonijet ta’ Juventus biss

Scamacca jew xejn. Hekk jidher li hi l-pożizzjoni ta’ Juventus. Il-Bianconeri mhuma se jixtru lil ħadd għajr lil Scamacca. It-trasferiment, madankollu, se jkun jista’ jseħħ biss jekk Sassuolo jaċċettaw il-kundizzjonijiet ta’ Juventus, jiġifieri self bla ebda obbligu li jixtruh għal kollox fl-2022. Matthew Scerri

Zirkzee sejjer ma’ Parma

Joshua Zirkzee mhux se jkun qed jingħaqad ma’ Juventus. Hu pprefera jiffirma għal Parma fejn se jkollu postu garantit mal-ewwel ħdax u allura se jkun qed jilgħab ferm iktar regolari milli kien se jagħmel ma’ Juventus. Matthew Scerri