Entries by Aleandro Bartolo

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Sampdoria

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Sampdoria huma: Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Buffon; Difensuri: Chiellini, De Ligt, Alex Sandro, Danilo, Bonucci, Cuadrado, Frabotta, Demiral, Dragusin; Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Bentancur, Bernardeschi, Rabiot, Fagioli, Chiesa; Attakkanti: Cristiano Ronaldo, Morata. Matthew Scerri 

Għadu mhux magħruf meta Dybala se jkun jista’ jerġa’ jilgħab

Għad hemm inċertezza sħiħa meta Paulo Dybala se jkun jista’ jidħol lura fl-azzjoni. Hu għadu ma rkuprax mill-injury tiegħu u Pirlo llum stqarr waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li xi kultant Dybala għadu jħoss uġigħ ħafif fl-irkoppa. Skont Pirlo hemm ottimiżmu li daqt se jkun jista’ jilgħab mill-ġdid, għalkemm għalissa ħadd għadu ma jaf meta dan se […]

Bologna b’offerta ta’ 20 miljun Ewro għal Scamacca

Jidher li Bologna lesti jidħlu f’konkorrenza ma’ Juventus biex jiffirmaw lil Gianluca Scamacca. Għall-kuntrarju ta’ Juventus huma jidhru disposti li joffru somma ta’ 20 miljun Ewro għalih. Juventus, mill-banda tagħhom, qed jitkellmu ma’ Sassuolo fuq self ta’ sena u nofs bid-dritt jew l-obbligu li jixtruh għal kollox fl-2022. Tgħid ma’ min se jispiċċa Scamacca? Matthew […]

Fagioli se jkun parti mit-tim ta’ Pirlo

Nicolò Fagioli se jkun qed jifforma parti mill-ewwel tim ta’ Juventus fuq bażi stabbli. Pirlo spjega li ladarba telaq Portanova, hu kellu bżonn plejer ieħor f’nofs il-grawnd u l-għażla waqgħet fuq Fagioli. Minn żmien għal żmien, però, jista’ jkun li Fagioli jilgħab xi partita ‘l hemm u ‘l hawn ma’ Juventus Under 23. Matthew Scerri

Scamacca-Juventus. Resqin lejn ftehim!

Kollox jindika li Juventus u Sassuolo resqin lejn ftehim sabiex Scamacca jingħaqad mal-Bianconeri. Genoa se jkunu qed jiffirmaw lil Niang minfloku. Scamacca se jkun misluf lil Juventus għal sena u nofs. Skont La Gazzetta dello Sport, Paratici lest jaċċetta l-obbligu li Juventus jixtru lil Scamacca għal kollox fl-2022. B’dal-mod, il-prezz tax-xiri ta’ Scamacca se jkun […]

Id-dettalji tat-trasferimenti ta’ Rovella, Portanova u Petrelli

Juventus se jkunu qed iħallsu 18-il miljun Ewro lil Genoa għal Nicolò Rovella flimkien ma’ 2 miljuni oħra f’bonuses. Min-naħa tagħhom Genoa qed jixtru mingħand Juventus lil Portanova u lil Petrelli. Is-somma li Genoa se jħallsu għal Portanova hi ta’ 10 miljuni, filwaqt li Petrelli se jiswihom 8 miljuni. Fil-kuntratti hemm anki performance bonuses li […]

Kulusevski hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Spal

Dejan Kulusevski ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Spal tal-Coppa Italia. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 27% tal-voti, filwaqt li fit-tieni post insibu lil Rabiot u Fagioli b’20% tal-voti kull wieħed. Grazzi lil kulmin ħa sehem! Matthew Scerri