Entries by Aleandro Bartolo

Indifendibbli

Sfortunatament ilbierah kelli nassisti direttament fl-istadium ghad-disfatta u kollass kolossali li kellna kontra l-benfica. Kwazi kwazi lanqas nixtieq naghmel analizi fuq il-partita ghaliex nirrepeti d-diskors li dejjem ktibt fl-artikli ta’ qabel. Izda nkun nixtieq nara l-oppinjoni taghkom fil-kummenti. Nista nassigurakom illi meta tara l-loghba mit-televizjoni tara l-problemi tattici li hemm fit-tim izda meta issegwi direttament […]

Memorji Bojod u Suwed (2) – Valletta vs Juventus ġewwa Ta’ Qali (1987)

Jien u nikteb dan l-artiklu ma setgħetx ma toħroġlix demgħa ta’ rikordju u ferħ hekk kif dan l-avveniment jfakkarni mal-ewwel darba li ltaqjt ‘live’ mal-Vecchia Signora. Dan kien għal logħba bejn Valletta u Juventus. Kien is-16 ta’ Settembru 1987. Sħana qalila ta’ tmiem is-Sajf. Dik l-umdita’ u tidlik li s-Settembru Malti jaf x’jsarraf. Il-grawnd Nazzjonali […]

Ħamsa u tletin sena ilu Giampiero Boniperti kien fostna

Illum qed niċċelebraw rikorrenza importanti hekk kif proprju bħal-lum ħamsa u tletin sena ilu kien fostna Giampiero Boniperti. Hawn taħt qed inġibu silta mill-ktieb Iswed u Abjad. L-40 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) fejn tingħata informazzjoni dettaljata dwar din iż-żjara storika. Boniperti u l-ġerarkija Juventina fostna Meta l-eku tas-suċċessi tal-era Platini […]

Bħal-lum fil-passat (12 ta’ Settembru)

Illum qed inwasslulkom partita mit-Tazza Uefa li ntlagħbet bħal-lum fl-1989. L-avversarji kienu Gornik Zabrze, tim Pollakk li ftit tal-jiem qabel Scirea kien mar josserva u jifli mill-qrib biex imbagħad fi triqtu spiċċa tilef ħajtu traġikament f’inċident tat-traffiku. L-iskor finali tal-partita kien ta’ 0-1 b’Zavarov jagħti rebħa lil Juventus.

3 ta’ Settembru 1989 – Data li ma ninsieha qatt!

Ippermettuli niftaħ naqra qalbi magħkom fuq rikordju li ħalla memorji li ma jmutu qatt fil-ħajja tiegħi! Kelli 13-il sena u apparti li (bla ebda raġuni) kont nħobb il-Juventus, kont insegwi l-futboll Taljan b’kull mezz possibbli. Kien żmien (tmiem snin tmenin) meta l-televiżżjoni ma kelliex l-impatt li għandha llum fuq id-dinja tal-futbol! Partita tas-Serie A kont taraha (u […]