Entries by Aleandro Bartolo

Testijiet mediċi għal Rovella

Illum fil-JMedical inżammu t-testijiet mediċi ta’ Nicolò Rovella qabel ikun jista’ jiffirma l-kuntratt ma’ Juventus u jirritorna ma’ Genoa b’self għal sitt xhur. Manolo Portanova diġà għamel it-testijiet għal Genoa hekk kif se jkun parti mill-ftehim bejn il-klabbs. Matthew Scerri

Dybala barra għal 15-20 jum. Xejn gravi għal McKennie u Chiesa

Paulo Dybala se jkollu jibqa’ barra mill-azzjoni għal madwar 15-20 jum. Mit-testjiet li sarulu llum irriżulta li weġġa’ b’mod mhux gravi il-legamenti ta’ rkoptu x-xellugija. McKennie u Chiesa wkoll m’għandhom xejn gravi. Ma nafux kemm se jdumu barra, biss fl-istqarrija ta’ Juventus naqraw li se jkunu monitorati kuljum. Xi siti qed jirrapurtaw, b’mod mhux uffiċjali […]

Juventus-Sassuolo bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Juventus-Sassuolo. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus.  Sors: Juventus.com