Entries by Aleandro Bartolo

Ronaldo hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Udinese

Cristiano Ronaldo ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Udinese. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 54% tal-voti, segwit minn Chiesa b’14% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Ramsey u Dybala b’13% tal-voti kull wieħed. Grazzi lil kulmin ħa sehem! Matthew Scerri

Quagliarella b’ċans li jirritorna ma’ Juventus

Illum issemma anki Fabio Quagliarella bħala akkwist possibbli ta’ Juventus. L-aħbar ma ġietx miċħuda minn Ranieri li qal: “Issa naraw x’se jiġri. Li hu żgur hu li jkun premju kbir għal Quagliarella. Li fl-età ta’ 38 sena jfittxek klabb klabb naħseb li hi ħaġa li għandha tagħti pjaċir lil Fabio.” Matthew Scerri

Cuadrado wkoll pożittiv għall-Covid-19

Juan Cuadrado wkoll instab pożittiv għall-Covid-19 u se jkollu jitlef Milan-Juventus. Illejla reġgħu saru swab tests lill-plejers kollha ta’ Juventus. Għada filgħodu se joħorġu r-riżultati u wara t-tim ikun jista’ jerħila lejn Milan. Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (5 ta’ Jannar)

Nhar il-5 ta’ Jannar 2014 Juventus taw tislima kif tixraq lil David Trezeguet. Dan sar qabel il-partita tal-kampjonat Juventus-Roma, liema partita ntemmet bl-iskor ta’ 3-0 favur Juventus b’gowls ta’ Vidal, Bonucci u Vucinic.

L-ismijiet li qed isiru għall-attakk Juventin

Pirlo tkellem ċar: Juventus se jippruvaw jiksbu attakkant ieħor. Fl-intervista ta’ wara l-partita, malli ssemmilu isem Giroud, Pirlo ma qagħadx lura milli jgħid li hu t-tip ta’ plejer li Juventus jeħtieġu. Giroud, imma, jidher li mhux se jitlaq lil Chelsea peress li qed ikun regolari magħhom u jrid jikseb post mat-tim nazzjonali Franċiż għall-Kampjonat Ewropew. […]

Milan-Juventus. Ħarsa lejn il-konfronti tal-passat

Juventus u Milan iltaqgħu kontra xulxin f’konfronti diretti 233 darba fil-passat. Minn dawn Juventus rebħu 91, kien hemm 75 draw u 67 rebħa għal Milan. Jekk inħarsu biss lejn il-konfronti tas-Serie A, insibu 170 partita, b’66 rebħa għal Juventus, 54 draw u 50 rebħa għar-Rossoneri. Il-partiti tas-Serie A f’San Siro jammontaw għal 85. Hawn Milan […]