Entries by Aleandro Bartolo

Injury muskolari għal Morata

Alvaro Morata mhux se jilgħab illejla kontra Udinese. Hu fil-fatt sofra injury muksolari waqt it-training tal-lbieraħ u tħalla barra mil-lista ta’ plejers mgħajta għall-partita tal-lejla. Nittamaw li l-injury mhuwiex gravi u li nkunu nistgħu narawh fl-azzjoni kontra Milan nhar l-Erbgħa. Matthew Scerri

Għada jaf ikun konkluż il-ftehim għal Rovella

Għada t-Tnejn Paratici mistenni jkollu laqgħa ma’ uffiċċjali ta’ Genoa sabiex jiffinalizza l-ftehim għall-akkwist ta’ Nicolò Rovella. Is-somma li qed tissemma hi bejn 8 u 10 miljun Ewro. Genoa lesti jiddiskutu anki t-trasferiment magħhom ta’ xi plejers Juventini. Jidher li huma jridu l-iktar lil Frabotta, biss Juventus jippreferu jagħtuhom lil Portanova. Barra minn hekk Genoa […]

Riskju ta’ telf ta’ madwar 80 miljun għal Juventus

Hu stmat li Juventus jistgħu jitilfu madwar 80 miljun Ewro jekk l-istadiums Taljani jibqgħu magħluqa sa tmiem l-istaġun. Fil-fatt La Stampa kkalkulat li d-dħul dirett mill-istadiums jissarraf f’15% tad-dħul komplessiv tal-klabbs. Fil-każ ta’ Juventus dan il-15% jfisser somma ta’ 80 miljun. Juventus se jkunu l-aktar milquta peress li huma l-klabb li għandu l-ikbar dħul minn […]

Dal Pino: “Is-supporters li jkunu ħadu l-vaċċin għandhom jitħallew jidħlu fl-istadiums”

Il-President tal-Lega Calcio tas-Serie A, Paolo Dal Pino tkellem ma’ Radio Rai dwar il-pjanijiet biex l-istadiums Taljani jiftħu mill-ġdid il-bibien għas-supporters. Skont Dal Pino s-supporters li jkunu ħadu l-vaċċin għandhom jitħallew jidħlu fl-istadiums. Hu qal li l-Lega ressqet dokument ta’ 300 paġna biex is-supporters jitħallew jidħlu fl-istadiums sa massimu ta’ 20-30 % tas-seating capacaity tagħhom. […]

Kif x’aktarx se jilagħbu Juventus u Udinese

Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, De Ligt, Alex Sandro; Chiesa, McKennie, Bentancur, Ramsey; Ronaldo, Dybala. Udinese (3-5-2): Musso; De Maio, Samir, Bonifazi; Larsen, De Paul, Arslan, Pereyra, Zeegelaar; Pussetto, Lasagna. Sors: Sportmediaset

Bernardeschi msemmi anki fi tpartit ieħor ta’ plejers

Federico Bernardeschi jidher li hu l-aktar plejer li jinsab barra mill-pjanijiet ta’ Pirlo f’dan l-istadju. Hu qed jissemma f’ħafna bidliet ma’ plejers oħra. Fil-pjanijiet ta’ Juventus hemm ovvjament li jużaw lil Bernardeschi bħala pedina biex jiksbu plejer ieħor li jkun iktar utli għal Pirlo. F’das-sens l-aħħar aħbar hi li Hertha Berlin jinsabu interessati fih u […]

Alaba għażel it-tim il-ġdid tiegħu

David Alaba jidher li għażel il-klabb il-ġdid fejn se jkun qed jilgħab fl-istaġun li jmiss. Fil-fatt skont Marca jeżisti ftehim bejn Alaba u Real Madrid, liema ftehim mistenni jkun imħabbar daqt skont kif jippermettu r-regolamenti tal-FIFA. Matthew Scerri