Entries by Aleandro Bartolo

Alaba għażel it-tim il-ġdid tiegħu

David Alaba jidher li għażel il-klabb il-ġdid fejn se jkun qed jilgħab fl-istaġun li jmiss. Fil-fatt skont Marca jeżisti ftehim bejn Alaba u Real Madrid, liema ftehim mistenni jkun imħabbar daqt skont kif jippermettu r-regolamenti tal-FIFA. Matthew Scerri

Pressjoni għall-bejgħ ta’ Marcelo

Membri tal-Bord tad-Diretturi ta’ Real Madrid qed jagħmel pressjoni għall-bejgħ immedjat ta’ Marcelo. Hekk għallinqas qed issostni l-website Todofichajes.com. Is-somma li qed tissemma hi dik ta’ 18-il miljun. Apparti Juventus qed jissemmew anki PSG. Matthew Scerri

L-2020 kienet sena ta’ suċċess għall-website tagħna!

Tradizzjonalment fl-ewwel jum tas-sena naqsmu magħkom l-istatistika dwar kemm-il persuna tkun żaret il-website tagħna fis-sena li tkun għadha kemm intemmet. Għal darb’oħra għandna pjaċir ngħidulkom li kellna żieda fil-viewership tal-website www.juventusclubmalta.com fl-2020 meta mqabbel mal-2019.   2020 2019 Żieda Users 63,958 48,274 +32.5% Sessions 436,905 433,523 +0.8% Pageviews 733,569 727,161 +0.9% Grazzi mill-qalb talli ssegwuna […]

Bdil Gomez-Bernardeschi

Rai Sport taw l-aħbar li Juventus ukoll huma interessati li jiksbu lil Gomez. Skonthom Paratici għandu f’moħħu li jipproponi lil Atalanta bdil bejn Bernardeschi u Gomez. It-taħdidiet bejn il-klabbs għadhom ma bdewx uffiċjalment, imma din tidher li eventwalment se tkun il-proposta li se jressqu Juventus. Matthew Scerri

Ir-referees tal-partiti tal-15-il Ġurnata tas-Serie A

Il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2021, 12.30 p.m. Inter-Crotone: Aureliano Il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2021, 3.00 p.m. Atalanta-Sassuolo: Maresca Cagliari-Napoli: Manganiello Fiorentina-Bologna: Orsato Genoa-Lazio: Calvarese Parma-Torino: Doveri Roma-Sampdoria: Chiffi Spezia-Verona: Pairetto Il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2021, 6.00 p.m. Benevento-Milan: Pasqua Il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2021, 8.45 p.m. Juventus-Udinese: Giacomelli Matthew Scerri

Zaza u Pelle msemmija ma’ Juventus

Mhuma qed jieqfu xejn l-ispekulazzjonijiet dwar min jista’ jkun l-attakkant il-ġdid ta’ Juventus. Fl-aħħar sigħat issemmew anki Zaza u Pelle. It-tnejn li huma jidhru li jridu bidla radikali fil-karriera tagħhom u jidher li l-aġenti tagħhom għamlu kuntatt ma’ Juventus. Madankollu Juventus ftit li xejn jidhru interessati li jiffirmawhom. Matthew Scerri

Reynolds lejn self ma’ Genoa

Ikomplu jissaħħu r-relazzjonijiet bejn Juventus u Genoa. Wara t-taħdidiet għal Portanova, Frabotta, Pellegrini u Rovella, jidher li issa l-klabbs qed jitkellmu anki dwar Reynolds. Nafu li Juventus ma jistgħux jirreġistraw lil Reynolds minħabba l-limitazzjonijiet fuq il-plejers extrakomunitarji. Għaldaqstant sas-sajf Juventus iridu bilfors jisilfuh lil xi tim ieħor. Issemmew ħafna Cagliari u issa jidher li anki […]