Entries by Aleandro Bartolo

Il-prezz ta’ De Paul

Juventus u Inter huma interessati ferm li jiksbu s-servizzi ta’ Rodrigo De Paul f’Jannar. Skont Il Corriere dello Sport Udinese qed jitolbu 40 miljun Ewro għalih. Nifhmu li l-ebda klabb bħalissa ma jaffordja jonfoq somma daqstant kbira bħalissa u allura hu probabbli li jkunu qed jinnegozjaw ftehim għal ħlas ta’ dis-somma fuq numru ta’ snin. […]

Aouar u Depay mhux se jitilqu lil O.Lyon

Id-Direttur tal-Isport ta’ O.Lyon, Juninho ddikjara pubblikament li Aouar u Depay mhux se jitilqu lit-tim Franċiż. Hu semma’ xi plejers li jistgħu jitilqu (Aouar u Depay ma kinux ma’ dawn) u sostna li l-plejers l-aktar importanti tat-tim se jibqgħu sabiex it-tim ma jiddgħajjifx. Matthew Scerri

Juventus fost it-timijiet interessati f’Rudiger jekk jitlaq lil Chelsea

Rudiger qed itella’ u jniżżel jitlaqx lil Chelsea hekk kif spiċċa lura fil-ġerarkiji tal-preferenzi ta’ Lampard. Spiss qed ikollu jibqa’ riserva u qed ikun irrapurtat li qed jiddejjaq jilgħab ftit. Skont Bild Rudiger se jistenna saż-żewġ partiti li jmiss biex jara l-affarijiet jinbidlux u eventwalment jieħu d-deċiżjoni tiegħu. Juventus u Milan huma interessati fih. Ma […]

Bdil Pavoletti-Portanova

Tkompli t-tfittxija ta’ attakkant riserva għal Juventus mingħajr l-infieq ta’ ħafna flus. Wara li ssemmew xi plejers li għandhom kuntratt li daqt jiskadi (Milik u Depay), kif ukoll l-eks plejer Llorente, issa qed jissemma b’saħħa Leonardo Pavoletti ta’ Cagliari. Skont xi siti Taljani, jista’ jkun li Juventus u Cagliari jilħqu ftehim bejniethom biex ipartu b’self […]