Entries by Aleandro Bartolo

Inċert il-futur ta’ Douglas Costa

Jidher li hemm inċertezza sħiħa dwar kemm effettivament Bayern Munich se jixtru għal kollox lil Douglas Costa. Jekk eventwalment jagħżlu li jibagħtuh lura Turin, Juventus ikollhom jerġgħu jibdew jħallsulu l-paga, li jfisser inqas riżorsi għal investimenti oħra li huma meħtieġa. It-tama hi li fit-tieni parti tal-istaġun Costa juri t-talent tiegħu ma’ Bayern u jikkonvinċihom jixtruh. […]

Manchester United lesti joffru kariga importanti lil Paratici

Il-media Ingliża hi konvinta li Fabio Paratici hu fost il-kandidati ewlenin biex jingħaqad ma’ Manchester United b’kariga importanti li se tagħtih l-opportunità jibni t-tim tar-Red Devils fis-snin li ġejjin. Manchester United ilhom iħossu l-ħtieġa ta’ bidla radikali bil-għan li jibdew proġett sportiv ġdid li jpoġġihom lura fejn kienu fis-snin li għaddew. Paratici, kif għidna, hu […]

Juventus se jixtru lil Reynolds

Qed jingħata bħala ċert it-trasferiment ta’ Reynolds ma’ Juventus. Il-Bianconeri se jixtruh għal 8 miljuni mingħand Dallas FC u se jkun misluf lil Cagliari minħabba anki l-limitazzjonijiet fuq reġistrazzjoni ta’ plejers extrakomunitarji. Fit-3 ta’ Jannar Reynolds se jkun l-Italja għat-testijiet mediċi. Matthew Scerri

Pogba f’Jannar possibbli biss jekk …

Skont Calciomercato.com Juventus se jagħmlu tentattiv f’Jannar biex jiksbu lil Paul Pogba. It-trasferiment imma jista’ jseħħ biss jekk Manchester United jaċċettaw il-kundizzjonjiet ta’ Juventus: self sa Ġunju bid-dritt li Juventus jixtruh għal kollox fis-sajf. Barra minn hekk Pogba jrid ikun dispost jaċċetta paga inqas milli għandu bħalissa mar-Red Devils. Matthew Scerri

Agnelli: “Se niġġieldu sal-aħħar għar-rebħ tal-għaxar kampjonat konsekuttiv”

Andrea Agnelli kiteb ittra lis-supporters u li ġiet ippubblikata fuq VecchiaSignora.com. Fl-ittra l-President ta’ Juventus sostna li din kienet sena diffiċli immens u li ħadd qatt ma basar li konna se ngħaddu minn dan kollu ġewwa u barra l-grawnd. Fl-ittra Agnelli jwiegħed anki li Juventus se jiġġieldu sal-aħħar għar-rebħ tal-għaxar kampjonat konsekuttiv. Matthew Scerri

Chiesa hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Fiorentina

Chiesa ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Fiorentina. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 33% tal-voti, segwit minn Ronaldo u McKennie b’17% tal-voti kull wieħed. Grazzi lil kulmin ħa sehem. Matthew Scerri