Entries by Aleandro Bartolo

Buffon taħt inkjesta

Il-Procura tal-FIGC fetħet inkjest dwar l-allegata dagħwa ta’ Buffon fil-grawnd waqt Parma-Juventus. L-Imħallef tal-Isports ma ħax passi kontra Buffon dil-ġimgħa minħabba li fir-rapport tar-referee ma hemm ebda indikazzjoni dwar dan l-episodju. Issa l-Procura Federale trid tistabilixxi jekk verament intqalitx did-dagħwa u eventwalment tara huwiex il-każ li jittieħdu passi dixxiplinari. Matthew Scerri

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Fiorentina

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita tal-lejla kontra Fiorentina huma: Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Buffon.Difensuri: Chiellini, De Ligt, Alex Sandro, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Dragusin, Frabotta.Plejers ta’ nofs il-grawnd: Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Portanova, Kulusevski.Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala, Da Graca. Matthew Scerri

Ronaldo hu l-Aqwa Plejer ta’ Parma-Juventus

Ronaldo ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Parma u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 39% tal-voti, segwit minn Bentancur b’29% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil De Ligt b’10% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem. Matthew Scerri

Kif x’aktarx se jilagħbu Juventus u Fiorentina

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, Bonucci, De Ligt, Danilo; McKennie, Bentancur, Rabiot, Chiesa; Morata, Ronaldo. Fiorentina (3-5-2): Dragowski; Milenkovic, Pezzella, Caceres; Venuti, Bonaventura, Amrabat, Castrovilli, Biraghi; Vlahovic, Ribery. Sors: Sky

Ir-referees tal-14-il Ġurnata tas-Serie A

It-Tlieta 22 ta’ Diċembru 2020, 6.30 p.m. Crotone-Parma: Maresca It-Tlieta 22 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m. Juventus-Fiorentina: La Penna L-Erbgħa 23 ta’ Diċembru 2020, 6.30 p.m. Verona-Inter: Giacomelli L-Erbgħa 23 ta’ Diċembru 2020, 8.45 p.m. Bologna-Atalanta: Chiffi Milan-Lazio: Di Bello Napoli-Torino: Valeri Roma-Cagliari: Pairetto Sampdoria-Sassuolo: Ayroldi Spezia-Genoa: Massa Udinese-Benevento: Volpi Matthew Scerri

Milik jew Depay fil-pjanijiet ta’ Juventus

F’Jannar Juventus se jkunu qed jippruvaw jiksbu attakkant ġdid. Fil-pjanijiet ta’ Paratici hemm li jinkiseb bi ftit flus attakkant li jkun jista’ jserraħ lil Ronaldo u lil Morata. Apparti Milik, Tuttosport qed issemmu anki lil Depay. Bħal Milik, anki Depay għandu kuntratt li se jiskadi f’Ġunju 2021 u għaldaqstant l-akkwist tiegħu jista’ jiswa ftit. Jidher, […]