Entries by Aleandro Bartolo

Gomez ikanta l-innu Juventin?

Minkejja li qabel il-partita Paratici stqarr li Juventus mhux se jixtru lil Gomez f’Jannar, ġie nnutat li l-plejer Arġentin ta’ Atalanta deher ikanta l-innu ta’ Juventus ftit qabel id-dħul tal-plejers fil-grawnd. Ovvjament ħadd ma jafx jekk kienx verament qed ikanta jew inkella kienx qed jgħid xi ħaġa oħra. Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Atalanta

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Bonucci, Danilo; McKennie, Arthur, Bentancur, Chiesa; Morata, Ronaldo.  Atalanta (3-4-2-1): Gollini; Palomino, Romero, Djimsiti; Hateboer, Freuler, De Roon, Gosens; Malinovskyi, Pessina; Zapata. 

Offerta kbira għal Cuadrado miċ-Ċina

Skont Fichajes.net it-tim ta’ Guangzhou Evergrande għandu lesta offerta fenomenali għal Juan Cuadrado. Il-klabb Ċiniż jidher li lest joffru kuntratt ta’ tliet snin lil Cuadrado b’paga ta’ 12-il miljun fis-sena. Matthew Scerri

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Atalanta

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Atalanta huma: Gowlers: Szczesny, Buffon, Pinsoglio.Difensuri: Chiellini, De Ligt, Alex Sandro, Danilo, Cuadrado, Bonucci, Dragusin, Frabotta.Plejers ta’ nofs il-grawnd: Arthur, Ramsey, McKennie, Chiesa, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Portanova, Kulusevski.Attakkanti: Ronaldo, Morata, Dybala, Da Graca. Matthew Scerri

Il-klabbs il-kbar tas-Serie A jridu lil Gomez

Fil-ġimgħat li ġejjin il-Papu Gomez x’aktarx se jkun qed jitlaq lil Atalanta. Ħadd ma jaf eżattament x’ġara fid-dressing room bejnu u Gasperini. Il-firda, madankollu, tidher tassew kbira u kollox jindika li Gomez se jitlaq f’Jannar. Il-klabbs il-kbar tas-Serie A – Juventus, Milan, Napoli u Inter – diġà urew interess fih. Żgur li se nisimgħu u […]

Kif x’aktarx se jilagħbu Juventus u Atalanta

Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Bonucci, Danilo; Ramsey, Arthur, McKennie, Chiesa; Morata, Ronaldo. Atalanta (3-4-2-1): Gollini; Tolori, Romero, Djimsiti; Hateboer, De Roon, Freuler, Gosens; Malinovskyi, Pessina; Zapata. Sors: Calciomercato.com

Cuadrado hu l-Aqwa Plejer ta’ Genoa-Juventus

Juan Cuadrado ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Genoa u Juventus. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 43% tal-voti, segwit minn Dybala b’23% tal-voti, filwaqt li fit-tielet post insibu lil Ronaldo b’12% tal-voti. Grazzi lil kulmin ħa sehem. Matthew Scerri