Entries by Aleandro Bartolo

Bħal-lum fil-passat (2 ta’ April)

Qabża lura lejn l-1961 meta proprju bħal-lum il-Bianconeri kienu ġabu fix-xejn lil Roma. Boniperti, Charles u Sivori ffirmaw il-gowls tar-rebħa Bianconera bl-iskor ta’ 3-0. Dik il-ħabta bħal-lum Juventus kellhom tim qawwi u nettament superjuri għal tim ieħor tas-Serie A.

Bħal-lum fil-passat (23 ta’ Marzu)

Fl-1980 Juventus kienu laghbu kontra Inter u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0. Il-video ta’ din il-partita qed jitwassal lilkom minn ‘Gobbo Maltese’. Tajjeb ngħidu li fl-istorja insibu li Juventus lagħbu kontra Inter tliet darbiet fit-23 ta’ Marzu. Fit-tliet partiti kienu Juventus li ħadu l-massimu tal-punti.