Entries by Aleandro Bartolo

Rovella mistenni jġedded il-kuntratt ma’ Genoa

Skont Tuttosport hu probabbli ferm li Nicolò Rovella se jiffirma kuntratt ġdid ma’ Genoa. Dan mhux se jfixkel il-pjanijiet ta’ Juventus li lesti jixtruh xorta waħda mingħand Genoa u jħalluh b’self magħhom għal perjodu ta’ sentejn. Matthew Scerri

Khedira lest jitlaq lil Juventus

Sami Khedira Jidher li bidel fehmtu u ddeċieda issa li jitlaq lil Juventus f’Jannar. Khedira fehem li m’hemmx iktar spazju għalih ma’ Juventus u allura se jfittex tim ġdid. Matthew Scerri

Padoin irtira mill-futbol!

Simone Padoin xolja l-kuntratt tiegħu ma’ Ascoli u ħabbar li se jirtira. Il-karriera tiegħu waslet fi tmiemha wara iktar minn għoxrin sena. Padoin lagħab ma’ Juventus bejn l-2012 u l-2016, għal total ta’ 84 partita bil-flokk Juventin u tliet gowls. Matthew Scerri

Bożnija-Italja. Kif x’aktarx se jilagħbu

Bożnija (4-3-3): Adilovic; Todorovic, Kovacevic, Sanicanin, Kolasinac; Cimirot, Pjanic, Krunic; Visca, Hazdic, Gojak. Italja (4-3-3): Donnarumma; Florenzi, Acerbi, Bastoni, Emerson Palmieri; Barella, Jorginho, Locatelli; Berardi, Belotti, Insigne. Referee: Dias (Portugall).  Sors: Calciomercato.com

Juventus b’saħħa fuq Lovato

Kollox jindika li Fabio Paratici jinsab lest jagħmel kull tentattiv possibbli biex jikseb lil Matteo Lovato, id-difensur rivelazzjoni ta’ dis-sena. Fuqu hemm Milan li ilhom ftit interessati fih, biss Juventus tant baqgħu sorpriżi bil-wirjiet tiegħu li lesti joffru somma ġmiela għalih. Matthew Scerri

Rabiot jaf ma jilgħabx illejla

Adrien Rabiot jaf ma jilgħabx illejla kontra l-Iżvezja. Fil-fatt hu ma jinsabx 100% f’sikktu u għaldaqstant jaf ma jilgħabx biex ma jirriskjax xi injury fit-tul. Matthew Scerri