Entries by Aleandro Bartolo

Il-pjan ta’ Juventus biex jiksbu lil Rovella

Il-konkorrenza għall-akkwist ta’ Rovella hi tassew qawwija. Skont La Gazzetta dello Sport Juventus lesti jixtruh f’Jannar u jħalluh b’self għal sentejn ma’ Genoa. Minn Frar x’aktarx li Rovella se jkun free-agent biss Juventus lesti jixtruh f’Jannar għal somma żgħira biex jegħlbu l-konkorrenza ta’ timijiet oħra li jriduh. Matthew Scerri

Juventus-Cagliari. Statistika dwar il-konfronti tal-passat

Meta niftħu l-kotba tal-istorja ta’ Juventus insibu li s’issa kien hemm 87 konfront uffiċjali ma’ Cagliari. Minn dawn Juventus rebħu nofs il-partiti (43), kien hemm 29 draw u 15-il rebħa għal Cagliari. Fis-Serie A t-timijiet iltaqgħu 78 darba, b’40 rebħa għal Juventus, 26 draw u 12-il rebħa għat-tim mis-Sardegna. Fil-konfronti tas-Serie A li ntlagħbu f’Turin […]

Juventus fost it-timijiet l-aktar interessati f’Calhanoglu

F’dawn il-jiem qed ikun hemm ħafna rapporti dwar Calhanoglu hekk kif hu ma jistax isib ftehim ma’ Milan għall-kuntratt il-ġdid tiegħu. Allegatament hu qed jitlob 6 jew 7 miljuni paga fis-sena, somma li Milan ma jridux jagħtuh. Juventus u Atletico Madrid huma interessati ferm fih u lesti jissodisfaw it-talba tiegħu anki għax il-kuntratt tiegħu wasal […]

Pogba: “Mument diffiċli fil-karriera tiegħi”

F’kumment mogħti lil RTL, Paul Pogba ammetta li jinsab għaddej minn mument partikolari fil-karriera tiegħu u indirettament ikkonferma kleim Deschamps li hu ma jinsabx kuntent ma’ Manchester United. “It-tim nazzjonali jagħtini daqsxejn ta’ nifs. Qatt qabel ma għaddejt minn mument daqshekk diffiċli fil-karriera tiegħi,” qal Pogba. Għalkemm ma semmiex lil Manchester United, hu ovvju li […]

Bonucci tliet ġimgħat barra?

Rapporti mhux konfermati minn Juventus qed isostnu li Leonardo Bonucci se jibqa’ barra mill-azzjoni għal madwar tliet ġimgħat sabiex jirkupra mill-injury li għandu. Chiellini wkoll se jdum barra b’injury (madwar xahar). F’dan l-istadju Pirlo fadallu biss żewġ difensuri ċentrali puri (De Ligt u Demiral), flimkien ma’ ieħor li qed ikun adattat f’dik il-pożizzjoni (Danilo). Matthew […]