Entries by Aleandro Bartolo

Juventus-Napoli. Illum l-Appell!

Illum se jinstema’ l-Appell imressaq minn Napoli b’rabta mad-deċiżjoni tal-Imħallef tal-Isport li jagħti telfa walkover li Napoli u unt imnaqqas fil-klassifika talli ma niżlux għal-logħob kontra Juventus. Jista’ jkun li llum stess ikollna s-sentenza. Matthew Scerri

Isco, Marcelo u Alaba

Fil-ġimgħat li għaddew kellna diversi aħbarijiet dwar interess min-naħa ta’ Juventus f’Isco, Marcelo u Alaba. It-tnejn ta’ Real Madrid jidhru li mhux se jkunu qed jitilqu lit-tim Spanjol qabel tmiem l-istaġun, minkejja għidut li f’Jannar kienu lesti jsibu tim ġdid. Alaba, mill-banda l-oħra, għadu ma ddeċidiex x’se jagħmel. Rummenigge appella pubblikament biex Alaba jiddeċiedi x’se […]

L-400 partita ta’ Bonucci ma’ Juventus

Lazio-Juventus kienet il-partita uffiċjali numru 400 fil-karriera ta’ Bonucci bil-flokk ta’ Juventus. Intervistata minn Juventus TV, Bonucci stqarr li jħossu “emozzjonat” u żied “nixtieq nilgħab ħafna aktar b’dal-flokk li għalija jfisser kollox.” Matthew Scerri

L-ASL twaqqaf lil xi plejers milli jingħaqdu mat-timijiet nazzjonali

Is-sezzjonijiet reġjonali tal-ASL waqqfu lill-plejers ta’ Lazio, Roma u Fiorentina milli jingħaqdu mat-timijiet nazzjonali rispettivi minħabba li hemm każijiet ta’ Covid-19 fit-tim tagħhom. Issemma li dan jgħodd anki għall-plejers ta’ Genoa biss ma hemmx konfermi uffiċjali dwar dan. Il-plejers ta’ Sassuolo, imbagħad, iridu jibqgħu kwarantina sa għada, mentri l-plejers ta’ Inter se jkunu jistgħu jivvjaġġaw […]

Ir-riżultati tal-partiti tas-7 Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m. Sassuolo-Udinese 0-0 Is-Sibt 7 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m. Cagliari-Sampdoria 2-0 Is-Sibt 7 ta’ Novembru 2020, 6.00 p.m. Benevento-Spezia 0-3 Is-Sibt 7 ta’ Novembru 2020, 8.45 p.m. Parma-Fiorentina 0-0 Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020, 12.30 p.m. Lazio-Juventus 1-1 Il-Ħadd 8 ta’ Novembru 2020, 3.00 p.m. Atalanta-Inter 1-1 Genoa-Roma […]

Daqqa fl-għaksa għal Ronaldo

Cristiano Ronaldo kellu joħroġ mill-grawnd kontra Lazio minħabba daqqa fl-għaksa. Ma nafux jekk din hix biss daqqa normali jew inkella jeħtiġx perjodu ta’ waqfien. Fi kliem ieħor għadna ma nafux jekk huwiex se jkun qed jilgħab għall-Portugall fil-ġimagħtejn li ġejjin. Matthew Scerri