Entries by Aleandro Bartolo

Plejer ieħor tal-Under 23 pożittiv għall-Covid-19

Id-difensur ta’ Juventus Under 23, Raffaele Alcibiade nstab pożittiv għall-Covid-19. Kif jitlob il-protokoll, it-tim kollu tpoġġa f’iżolament ‘fiduciario’ sabiex il-plejers l-oħra tat-tim jkunu jistgħu jkomplu bit-training u bil-logħob. Matthew Scerri

Inkjesta dwar swab tests fi ħdan it-tim ta’ Lazio

Immobile, Strakosha u Leiva llejla mhux qed jilagħbu għal Lazio fiċ-Champions League. Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa kien hemm dibattitu sħiħ dwarhom. Fil-fatt ilbieraħ għamlu swab tests quddiem uffiċċjali mqabbda mill-Uefa u rriżultaw pożittiv. Ftit minuti wara t-tobba ta’ Lazio għamlulhom swab tests oħra li taw riżultat negattiv. L-Uefa ma ħallithomx jilagħbu u qed tinvestiga […]

Ramsey jew McKennie għal-lejla?

L-uniku dubju li allegatament fadallu Pirlo għal-lejla hu min se jilgħab wara l-attakkanti. L-għażla tidher li se tkun bejn Ramsey u McKennie, b’dan tal-aħħar jidher li hu l-favorit wara li ekllu wirja pjuttost tajba kontra Spezia. Fil-bqija jidher li kollox hu deċiż: Danilo, Bonucci u Chiellini quddiem Szczesny, b’Cuadrado, Arthur, Rabiot u Kulusevski f’nofs il-grawnd. […]

Tliet miljun subscriber għal Juventus fuq Youtube

Juventus qed ikompli jikkonsolidaw is-saħħa tagħhom fuq is-social media. Illum intlaħqu t-3,000,000 subscriber għaċ-channel tal-klabb fuq Youtube. Illum il-ġurnata Juventus huma mhux biss it-tim l-aktar segwit fuq is-social media, imma saħansitra saru l-aktar kumpanija Taljana popolari fuq il-ħafna siti ta’ social media li nsibu online. Matthew Scerri

Kif x’aktarx se jilagħbu Ferencvaros u Juventus

Ferencvaros (4-2-3-1): Dibusz; Lovrencsics, Blazic, Kovacevic, Heister; Somalia, Kharatin; Zubkov, Siger, Nguen; Isael. Juventus (3-4-1-2): Buffon; Danilo, Bonucci, Chiellini; Cuadrado, Arthur, Rabiot, Kulusevski; McKennie; Morata, Ronaldo.   Sors: Sportmediaset