Entries by Aleandro Bartolo

Morata hu l-Aqwa Plejer ta’ Juventus-Barcellona

Alvaro Morata ġie magħżul mill-qarrejja tal-website tagħna bħala l-Aqwa Plejer tal-partita bejn Juventus u Barcellona. Fil-votazzjoni li saret online hu kiseb 34% tal-voti, segwit minn Szczesny, Danilo u Cuadrado b’19% tal-voti kull wieħed. Grazzi lil kulmin ħa sehem. Matthew Scerri

Juventus qatt ma għelbu lil Spezia

Nhar il-Ħadd Juventus u Spezia se jkunu qed jiltaqgħu għall-ewwel darba kontra xulxin fil-kampjonat tas-Serie A. It-timijiet kienu avversarji ta’ xulxin sitt darbiet f’konfronti uffiċjali tal-passat. Erba’ minn dawn kienu ntlagħbu fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, filwaqt li ż-żewġ partiti l-oħra kienu tas-Serie B. Interessanti li Juventus qatt ma għelbu lil Spezia f’konfronti uffiċjali. Fil-fatt s’issa kellna […]

Kif x’aktarx se jilagħbu Spezia u Juventus

Spezia (4-3-3): Provedel; Ferrer, Terzi, Chabot, Marchizza; Agoume, Pobega, Bartolomei; Agudelo, Nzola, Gyasi. Juventus (3-4-1-2): Szczesny; Demiral, Chiellini, Danilo; Cuadrado, Arthur, Bentancur, Chiesa; Kulusevski; Morata, Ronaldo. Sors: Sportmediaset

Bdil Dybala-Isco?

Is-sit Todofichajes.com qed jagħti l-aħbar li Real Madrid huma konvinti li jistgħu jirnexxilhom jiffirmaw lil Paulo Dybala. Fil-pjanijiet tagħhom hemm bdil bejn Dybala u Isco, bdil li jista’ jissodisfa liż-żewġ timijiet. Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (30 ta’ Ottubru)

Fit-30 ta’ Ottubru tal-1996 Juventus kienu laqgħu f’darhom lil Rapid Vienna fil-gruppi taċ-Champions League. Dakinhar il-Bianconeri kienu rebħu 5-0 b’doppjetti ta’ Boksic u Del Piero, bil-gowl l-ieħor ikollu l-firma ta’ Montero.

Chiellini lura għat-training

Giorgio Chiellini reġa’ lura għat-training mal-bqija tat-tim Juventin wara li rkupra mill-injury muskolari tiegħu. Hu probabbli li nhar il-Ħadd hu se jkun qed jibda mill-ewwel minuta, forsi anki biex iserraħ lil Boncci li ilu jilgħab u ma tantx jinsab f’sikktu. Matthew Scerri

Real Madrid iridu lil De Ligt

Skont Don Balon, Real Madrid jinsabu interessati li jiksbu lil Matthijs De Ligt. L-Ispanjoli jihru lesti li joffru lil Militao u Marcelo bi tpartit ma’ De Ligt. Kollox jindika però li Juventus mhux se jkunu qed ineħħu lid-difensur Olandiż. Matthew Scerri