Juventus-Barcellona 0-2
Waslet l-ewwel telfa fl-Ewropa għall-Juventus ta’ Andrea Pirlo. Barcellona rebħu 0-2 f’partita li rat lil Juventus għal darb’oħra żbilanċjata u b’difiża miftuħa beraħ. Il-Bianconeri ħallsu qares l-iżbalji li twettqu u għandna l-impressjoni li Barcellona mhumiex xi tim qawwi. Bi ftit attenzjoni żgur li Juventus setgħu minn tal-inqas kisbu punt f’dil-partita. Biss mal-linji llum rajna inqas […]