Entries by Aleandro Bartolo

Verona bl-aqwa difiża fl-Ewropa

Illejla Juventus se jilagħbu kontra l-aqwa difiża s’issa fl-Ewropa, għallinqas fl-aqwa ħames kampjonati tal-Ewropa. Fil-fatt Verona sofrew gowl wieħed biss. Milan biss rnexxilhom jagħmlu l-istess. It-timijiet l-oħra tal-aqwa ħames kampjonati s’issa sofrew iktar gowls minn hekk. Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Juventus u Verona

JUVENTUS (3-4-1-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, Demiral; Cuadrado, Arthur, Rabiot, Bernardeschi; Ramsey; Dybala, Morata. HELLAS VERONA (3-4-2-1): Silvestri; Ceccherini, Lovato, Empereur; Faraoni, Vieira, Tameze, Lazovic; Colley, Zaccagni; Kalinić.

Il-plejers Juventini mgħajta għall-partita kontra Verona

Il-plejers mgħajta minn Pirlo għall-partita kontra Verona huma: Gowlers – Szczesny, Pinsoglio, Buffon. Difensuri – Danilo, Cuadrado, Bonucci, Demiral, Frabotta. Plejers ta’ nofs il-grawnd – Arthur, Ramsey, McKennie, Rabiot, Bentancur, Bernardeschi, Portanova, Kulusevski, Peeters. Attakkanti – Morata, Dybala, Vrioni, Rafia. Matthew Scerri

Dybala mill-ewwel minuta, intant il-kuntratt …

Illejla Paulo Dybala se jkun qed jibda mill-ewwel minuta għall-ewwel darba f’dan l-istaġun. Hu se jkun qed jifforma l-koppja tal-attakk flimkien ma’ Morata. Intant jidher li m’hemm xejn ġdid dwar it-taħdidiet għall-kuntratt il-ġdid tiegħu. Il-Ħadd li għadda Paratici allegatament tkellem bit-telefon mal-aġent Antun, biss s’issa l-partijiet għadhom ma ffissawx appuntament biex ikomplu jiddiskutu l-kuntratt ta’ […]

L-istadiums Taljani jerġgħu jagħlqu l-bibien għas-supporters

Illum il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte se jkun qed iħabbar miżuri ġodda għat-trażżin tal-imxija tal-Covid-19. Bir-regolamenti l-ġodda mhux se jkun iktar possibbli li s-supporters jidħlu fl-istadiums. Fi kliem ieħor lanqas dawk l-1000 supporter li kienu qed jidħlu s’issa, mhuma se jkunu jistgħu jassistu iktar għall-partiti. Matthew Scerri

X’ried jgħid biha Ronaldo?

Ftit wara s-sebgħa tal-lejla Cristiano Ronaldo tella’ fuq Instagram ritratt tiegħu qed jixxemmex bil-caption “Siiiiiiiiiii💪🏽”. Ma nafux eżattament għal xiex kien qed jirreferi. Tgħid irċieva l-aħbar li fieq mill-Covid? Matthew Scerri

Alex Sandro fadallu madwar xahar barra

Alex Sandro mhux se narawh qabel it-tieni nofs Novembru. Pirlo spjega waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tal-lum li Sandro għalissa għadu mhuwiex lest għal-logħob wara li kellu injury aktar kmieni fil-bidu tal-istaġun. Skontu, Alex Sandro se jkun qed isegwi programm personalizzat u waqt il-waqfa ta’ nofs Novembru se jsir xogħol atletiku sabiex ikun mija fil-mija f’sikktu wara […]