Entries by Aleandro Bartolo

Manchester City mistennija jressqu offerta lil Juventus għal Ronaldo

Jidher li Jorge Mendes illejla kellu kuntatt ma’ Manchester City u spjegalhom x’inhi l-pożizzjoni ta’ Juventus dwar Ronaldo. L-Ingliżi fehmu li Juventus mhux se jħalluh jitlaq b’xejn u qed ihejju offerta li se jressqu lill-Bianconeri. Juventus iridu biss flus u mhux se jaċċettaw tpartit ta’ plejers. Ghallinqas dan hu dak li diversi siti qed jirrapurtaw. […]

Raiola kien fil-Continassa llum

Mino Raiola kellu laqgħa mad-diriġenti ta’ Juventus hekk kif dawn spiċċaw jitkellmu ma’ Mendes. Hu deher dieħel fil-Continassa madwar nofs siegħa wara li telaq Mendes. L-ghidut hu li Juventus tkellmu ma’ Raiola dwar Kean u Wesley. L-ewwel wieħed jista’ jkun dak li se jieħu post Ronaldo fl-attakk Juventin. Wesley, mill-banda l-oħra, hemm bżonn li jinbigħ […]

Mendes jinsab Pariġi

Jorge Mendes wasal Pariġi b’titjira privata li hu qabad wara li tkellem mad-diriġenti ta’ Juventus. Hemm spekulazzjonijiet li Mendes se jkollu laqgħa ma’ PSG. Momblano, mill-banda l-oħra, qed isostni li Mendes bħalissa hu bbażat f’Pariġi minn fejn qed jaħdem f’daż-żminijiet ta’ restrizzjonijiet parzjali minħabba l-pandemija. Matthew Scerri

Juventus ma jridux li Ronaldo jitlaq b’xejn!

Dalgħodu l-aġent Jorge Mendes ġie msejjaħ fis-Sede ta’ Juventus. Preżenti għal-laqgħa miegħu kien hemm żgur Nedved, Arrivabene u Cherubini. Hemm min qed jgħid li kien preżenti anki Agnelli. Allegatament Juventus jinsabu rrabjati ferm ma’ Mendes għall-imġiba tiegħu u għamluhielu ċara li jinsabu urtati għal kif qed iġib ruħu. Jidher li Juventus lanqas biss riedu jisimgħu […]

Ir-referees tal-partiti tat-2 Ġurnata tas-Serie A

Il-Ġimgħa 27 ta’ Awwissu 2021, 6.30 p.m. Udinese-Venezia: Marinelli Il-Ġimgħa 27 ta’ Awwissu 2021, 8.45 p.m. Verona-Inter: Manganiello Is-Sibt 28 ta’ Awwissu 2021, 6.30 p.m. Atalanta-Bologna: Orsato Lazio-Spezia: Dionisi Is-Sibt 28 ta’ Awwissu 2021, 8.45 p.m. Fiorentina-Torino: Mariani Juventus-Empoli: Ghersini Il-Hadd 29 ta’ Awwissu 2021, 6.30 p.m. Genoa-Napoli: Di Bello Sassuolo-Sampdoria: Sacchi Il-Hadd 29 ta’ […]